+Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu li:

(a) 

tistabbilixxi, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, u tikkoordina in-netwerk imsemmi fl-Artikolu 4; f’dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġbir, ipproċessar u analiżi tad-dejta, b’mod partikolari fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 3;

(b) 

tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b’informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni soda u effettiva tal-politiki ambjentali; għal dak il-għan, b’mod partikolari biex tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni li tkun tinħtieġ biex twettaq b’suċċess id-doveri tagħha biex tidentifika, tħejji u tagħmel valutazzjoni ta’ miżuri u leġislazzjoni fil-qasam tal-ambjent;

(c) 

tgħin fis-sorveljar ta’ miżuri ambjentali permezz ta’ sostenn xieraq għall-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ (inkluż permezz ta’ involviment fl-iżvilupp tal-kwestjonarji, l-ipproċessar ta’ rapporti minn Stati Membri u tad-distribuzzjoni ta’ riżultati), bi qbil mal-programm ta’ xogħol tagħha multi-annwali u mal-għan ta’ koordinament tar-rappurtaġġ;

(d) 

li tagħti pariri lill-Istati Membri individwali, wara t-talba tagħhom u meta din tkun konsistenti mal-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija, dwar l-iżvilupp, it-twaqqif u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għal sorveljar ta’ miżuri ambjentali, sakemm tali attivitajiet ma jipperikolawx it-twettiq bis-sħiħ tad-doveri l-oħra stabbiliti b’dan l-Artkolu. Parir bħal dan jista’ jinkludi wkoll reviżjonijiet ugwali minn esperti fuq talba speċifika minn Stati Membri;

(e) 

li tirreġistra, tiġbor u tistudja d-dejta dwar il-qagħda tal-ambjent, tħejji rapporti minn esperti dwar il-kwalità, is-sensittività u l-pressjoni fuq l-ambjent fit-territorju tal-Komunità, biex tipprovdi kriterji ta’ studju uniformi għall-informazzjoni ambjentali li għandha tkun applikata fl-Istati Membri kollha, sabiex ikun żviluppat aktar u miżmum ċentru ta’ referenza dwar dejta fuq l-ambjent; il-Kummissjoni għandha tuża din l-informazzjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha biex tassigura l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent;

(f) 

tgħin biex tiżgura li d-dejta dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, biex tinkorraġġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejjba ta’ metodi ta’ kejl;

(g) 

tippromwovi l-inkorporazzjoni tal-informazzjoni Ewropea ambjentali fil-programmi internazzjonali ta’ sorveljar ambjentali bħal dawk stabbiliti mill-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħha;

(h) 

li tippubblika rapport dwar l-istat ta’, tendenzi fi u prospetti dwar l-ambjent kull ħames snin, issupplimentati b’rapporti indikaturi li jiffukaw dwar suġġetti speċifiċi;

(i) 

li tistimula l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ tekniċi ta’ tbassir ambjentali sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni adegwati fil-waqt it-tajjeb;

(j) 

li tistimula l-iżvilupp tal-metodi ta’ stima tal-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent u l-ispejjeż tal-politika għall-prevenzjoni, protezzjoni u restawr ambjentali;

(k) 

li tistimula l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ħsara għall-ambjent;

(l) 

li tikkopera mal-korpi u l-programmi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15;

(m) 

li tassigura d-disseminazzjoni wiesgħa ta’ informazzjoni ambjentali ta’ min joqgħod fuqha u komparabbli, b’mod partikolari dwar il-qagħda tal-ambjent, lill-publiku ġenerali u, għal dan il-għan, li tkabbar l-użu ta’ teknoloġija telematika ġdida għal dan l-iskop;

(n) 

li tkun ta’ sostenn għall-Kummissjoni fil-proċess ta’ tpartit ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ studju ambjentali u l-aħjar prattiċi;

(o) 

li tgħin lill-Kummissjoni fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka ambjentali rilevanti u f’għamla li tgħin l-aħjar il-politika għall-iżvilupp;

▼M2

(p) 

tiżviluppa metodoloġiji ta’ valutazzjoni relatati mas-sustanzi kimiċi fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħha.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.