|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.L-Aġenzija għandha tfittex b’mod attiv il-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ korpi u programmi oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni (Eurostat), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel , l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-programmi ta’ riċerka u żvilupp ambjentali tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandha tinkludi b’mod partikolari l-kompiti stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A. Il-koordinazzjoni mal-Eurostat u l-programm statistiku tal-Unjoni għandhom isegwu b’mod partikolari l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B. Il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tkun relatata mal-iskambju ta’ data u informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, inkluż l-istabbiliment possibbli ta’ formati ta’ data relatati u vokabularji kkontrollati biex jiġi ffaċilitat tali skambju, u mal-iżvilupp ta’ metodoloġiji xjentifiċi għall-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|