+Artikolu 15
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.

Artikolu 15

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-Aġenzija għandha tfittex b’mod attiv il-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ korpi u programmi oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni (Eurostat), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel , l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-programmi ta’ riċerka u żvilupp ambjentali tal-Unjoni.

Il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandha tinkludi b’mod partikolari l-kompiti stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A.

Il-koordinazzjoni mal-Eurostat u l-programm statistiku tal-Unjoni għandhom isegwu b’mod partikolari l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B.

Il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tkun relatata mal-iskambju ta’ data u informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, inkluż l-istabbiliment possibbli ta’ formati ta’ data relatati u vokabularji kkontrollati biex jiġi ffaċilitat tali skambju, u mal-iżvilupp ta’ metodoloġiji xjentifiċi għall-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi.

Artikolu 15 2.
L-Aġenzija għandha tikkopera wkoll b’mod attiv ma’ korpi oħra bħalma huma l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija kif ukoll il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b’mod partikolari il-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda, l-Organizzazzjoni Metereoloġika Dinjija u l-Awtorità Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.
Artikolu 15 3.
L-Aġenzija tista’ tikkoopera fl-oqsma ta’ interess komuni ma’ dawk l-istituzzjonijiet f’pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità li jistgħu jipprovdu dejta, informazzjoni u esperjenza, metodoloġiji ta’ ġbir ta’ dejta, analiżi u studju li jkunu ta’ interess reċiproku u li huma meħtieġa għat-twettiq b’suċċess tax-xogħol tal-Aġenzija.
Artikolu 15 4.
Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tqis, inter alia, il-ħtieġa li jissaħħu l-koerenza u s-sinerġiji u li tkun evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-isforzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.