|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “il-qbid u l-ħżin tal-karbonju” tfisser il-qbid tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) minn installazzjonijiet industrijali, il-ġarr tiegħu għal post fejn jinħażen u l-mod kif jiġi injettat f’formazzjoni ġeoloġika taħt l-art adatta għall-finijiet ta’ ħżin permanenti; (b) “spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira kif hemm fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002; (c) “infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku” tfisser: (i) il-linji kollha ta’ vultaġġ għoli, minbarra dawk tan-netwerks ta’ distribuzzjoni, u tal-konnessjonijiet ta’ taħt il-baħar, kemm-il darba din l-infrastruttura tintuża għal trasmissjoni jew konnessjoni interreġjonali jew internazzjonali; (ii) pajpijiet tal-gass bi pressjoni għolja, minbarra dawk tan-netwerks ta’ distribuzzjoni; (iii) faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art li huma konnessi mal-pajpijiet tal-gass bi pressjoni għolja imsemmijin fil-punt (ii); (iv) faċilitajiet li jirċievu, jaħżnu u jiggassifikaw mill-ġdid il-gass naturali likwefatt (LNG); u (v) kull tagħmir jew installazzjoni meħtieġa biex l-infrastruttura imsemmija fil-punti (i), (ii), (iii) jew (iv) taħdem kif suppost, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll; (d) “parti minn proġett” tfisser kwalunkwe attività li hija indipendenti finanzjarjament, teknikament jew fuq perijodu ta’ żmien u li tikkontribwixxi għat-tlestija tal-proġett; (e) “fażi ta’ investiment” tfisser il-fażi ta’ proġett li fiha ssir il-kostruzzjoni u jsiru l-ispejjeż kapitali; (f) “enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta” tfisser l-enerġija elettrika ġġenerata minn magni turbini li jaħdmu bir-riħ u li jinsabu fil-baħar, sew jekk qrib jew ‘il bogħod mix-xtajta; (g) “fażi ta’ ppjanar” tfisser il-fażi ta’ proġett li tiġi qabel il-fażi tal-investiment, li fiha jsiru t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-proġett, u tinkludi, jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, studji preparatorji u tekniċi, l-ksib ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet u t-twettiq ta’ spejjeż kapitali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|