|
+Artikolu 19 Kriterji tal-għażla u tal-għoti ---+Article 19 1. ---+Article 19 2. |
Artikolu 19 Kriterji tal-għażla u tal-għotiArtikolu 19 Kriterji tal-għażla u tal-għoti 1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin: (a) is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; (b) il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, li jinkludi l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ ħżin, u li tirriżulta f’infiq sostanzjali relatat mal-investiment għall-proġett sa tmiem l-2010; (c) is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett; (d) l-identifikazzjoni tal-permessi kollha neċessarji għall-ħolqien u l-tħaddim tal-proġett fis-sit(i) propost(i) u l-eżistenza ta’ strateġija li tassigura dawk il-permessi. 2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin: (a) il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; (b) il-finanzjament mitlub għal kull tunnellata ta’ CO2 li għandu jkun imnaqqas fl-ewwel ħames snin tal-proġett; (c) il-kumplessità tal-proġett u l-livell ta’ innovazzjoni tal-installazzjoni ġenerali li tinkludi attivitajiet ta’ riċerka oħra li huma relatati u l-impenn li jintwera mill-benefiċjarji sabiex iqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi Ewropej oħra b’mod kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari mal-miri u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija; (d) is-solidità u l-adegwatezza tal-pjan ta’ ġestjoni li jinkludi, fir-rigward tal-informazzjoni u d-data xjentifika, tal-informazzjoni u d-data tal-inġinerija, u tal-informazzjoni u d-data teknika, turija li l-kunċett propost ikun lest biex jinkiseb it-tħaddim tal-proġett sal-31 ta’ Diċembru 2015. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|