|
+Artikolu 4 Il-liċenzja Komunitarja ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. ---+Article 4 5. ---+Article 4 6. ---+Article 4 7. ---+Article 4 8. |
Artikolu 4 Il-liċenzja KomunitarjaArtikolu 4 Il-liċenzja Komunitarja (1) It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandu jsir skont il-liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment. (2) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom joħorġu lid-detentur bl-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u l-għadd ta’ kopji awtentikati tagħhom li jikkorrispondu mal-għadd tal-vetturi użati għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, kemm jekk dawk il-vetturi ikunu ta’ proprjetà totali, jew detenuti f’forma oħra, partikolarment taħt kuntratt ta’ bejgħ bi ħlas bin-nifs, kiri jew leasing. Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom jikkorrispondu mal-mudell stipulat fl-Anness I. Huma għandhom jinkludu mill-anqas tnejn mill-karatteristiċi ta’ sigurtà mniżżla fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2). Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom juru s-siġill mill-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport stardali previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 bħala parti mill-ġabra tad-data dwar it-trasportatur. (3) Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ f’isem it-trasportatur u ma tistax tiġi trasferita. Kopja ċertifikata awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm f’kull waħda mill-vetturi tat-trasportatur u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal tal-ispettorat awtorizzat. (4) Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perijodu rinnovabbli ta’ mhux aktar minn għaxar snin. Liċenzji Komunitarji u kopji ċertifikati awtentiċi tagħhom maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sa dak inhar li jiskadu. (5) Kull meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenzja Komunitarja, jew liċenzja Komunitarja tiġġedded skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur jissodisfax jew jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1). (6) Meta l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux issodisfati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu jew għandhom jirtiraw liċenzja Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni b’raġunijiet. (7) L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja. (8) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|