+KAPITOLU II IL-LIĊENZJA KOMUNITARJA U L-AĊĊESS GĦAS-SUQ
---+Artikolu 4 Il-liċenzja Komunitarja
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
------+Article 4 6.
------+Article 4 7.
------+Article 4 8.
---+Artikolu 5 L-aċċess għas-suq
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
------+Article 5 5.

KAPITOLU II IL-LIĊENZJA KOMUNITARJA U L-AĊĊESS GĦAS-SUQ

KAPITOLU II IL-LIĊENZJA KOMUNITARJA U L-AĊĊESS GĦAS-SUQ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 Il-liċenzja Komunitarja

Artikolu 4

Il-liċenzja Komunitarja

(1)  It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandu jsir skont il-liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.

(2)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom joħorġu lid-detentur bl-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u l-għadd ta’ kopji awtentikati tagħhom li jikkorrispondu mal-għadd tal-vetturi użati għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, kemm jekk dawk il-vetturi ikunu ta’ proprjetà totali, jew detenuti f’forma oħra, partikolarment taħt kuntratt ta’ bejgħ bi ħlas bin-nifs, kiri jew leasing.

Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom jikkorrispondu mal-mudell stipulat fl-Anness I. Huma għandhom jinkludu mill-anqas tnejn mill-karatteristiċi ta’ sigurtà mniżżla fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom juru s-siġill mill-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati tagħha għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport stardali previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 bħala parti mill-ġabra tad-data dwar it-trasportatur.

(3)  Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ f’isem it-trasportatur u ma tistax tiġi trasferita. Kopja ċertifikata awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm f’kull waħda mill-vetturi tat-trasportatur u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal tal-ispettorat awtorizzat.

(4)  Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perijodu rinnovabbli ta’ mhux aktar minn għaxar snin.

Liċenzji Komunitarji u kopji ċertifikati awtentiċi tagħhom maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sa dak inhar li jiskadu.

(5)  Kull meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenzja Komunitarja, jew liċenzja Komunitarja tiġġedded skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur jissodisfax jew jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(6)  Meta l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux issodisfati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu jew għandhom jirtiraw liċenzja Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni b’raġunijiet.

(7)  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja.

(8)  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali.

Artikolu 5 L-aċċess għas-suq

Artikolu 5

L-aċċess għas-suq

(1)  Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors.

Dawn is-servizzi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III.

Is-servizzi regolari minn Stat Membru lil pajjiż terz u viċeversa għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-ftehim reċiproku bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz u, fejn xieraq, l-Istat Membru ta’ transitu, dment li l-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.

L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, n-nuqqas ta’ servizz ta’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is-servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli għal dawk applikabbli għas-servizzi regolari eżistenti.

▼C1

(2)  Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu partikolarment:

(a) il-ġarr tal-passiġġieri bejn id-dar u x-xogħol;

(b) il-ġarr sa u mill-istituzzjoni edukattiva għat-tfal tal-iskola u studenti.

Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi varjat skont il-ħtiġiet tal-utenti ma jolqotx il-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu III meta dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

▼B

(3)  Is-servizzi okkażjonali ma għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu III.

Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III.

Servizzi okkażjonali m’għandhomx jieqfu milli jibqgħu servizzi okkażjonali biss fuq bażi tal-fatt li jkunu provduti f’ċerti intervalli.

Servizzi okkażjonali jistgħu jingħataw minn grupp ta’ trasportaturi li jaġixxi għan-nom tal-istess kuntrattur, u dawk li jivvjaġġaw jistgħu jaqbdu konnessjoni fi triqithom, ma’ trasportatur differenti tal-istess grupp, fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trażmissjoni tal-ismijiet ta’ dawn it-trasportaturi u l-punti ta’ kuntatt en route lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

(4)  Il-vjaġġi battala minn vetturi b’konessjoni mal-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, bl-istess mod m’għandhomx bżonn tal-awtorizzazzjoni.

(5)  Operazzjonijiet ta’ trasport għal rashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati.

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.