|
+Artikolu 10 Skadenza ta’ awtorizzazzjoni ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. |
Artikolu 10 Skadenza ta’ awtorizzazzjoniArtikolu 10 Skadenza ta’ awtorizzazzjoni (1) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq ( 4 ), awtorizzazzjoni għal servizz regolari għandha tiskadi fl-aħħar tal-perijodu ta’ validità tagħha jew tlett xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tirċievi mid-detentur tagħha notifika tal-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet. (2) Meta d-domanda għal servizz ma tibqax teżisti, il-perijodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ xahar. (3) L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet. (4) Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lil utenti tas-servizz ikkonċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|