|
+Artikolu 16 Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ---+Article 16 1. ---+Article 16 2. ---+Article 16 3. ---+Article 16 4. |
Artikolu 16 Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġArtikolu 16 Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ (1) It-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: (a) il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt tat-trasport; (b) il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi tat-triq; (c) ir-rekwiżiti relatati mat-trasport ta’ ċerti kategoriji ta’ passiġġieri, jiġifieri t-tfal tal-iskola, tfal u l-persuni b’nuqqas ta’ mobilità; (d) ħin tas-sewqan u perijodi tal-mistrieħ; (e) it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq is-servizzi tat-trasport. Il-piżijiet u l-qisien imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu jistgħu, meta jkun xieraq, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-istabbiliment, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi jeċċedu l-limiti stipulati mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew il-karatteristiċi tekniċi msemmija fil-provi msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/53/KE. (2) Minbarra kif provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jifformaw parti mis-servizzi tat-trasport kif provdut fl-Artikolu 15(c) għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti rigward l-awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri tal-offerti, ir-rotot li għandhom jiġu operati, ir-regolarità, il-kontinwità u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll l-itinerarji. (3) L-istandards tekniċi dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir li jridu jintlaħqu fil-vetturi li jintużaw biex iwettqu ħidmiet ta’ kabotaġġ għandhom ikunu dawk stabbiliti għal vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali. (4) Id-dispożizzjonijiet amministrattivi, liġijiet u regolamenti nazzjonali li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati fuq it-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti fuq trasportaturi stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti, biex jevitaw b’mod effettiv kull diskriminazzjoni miftuħa jew moħbija minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|