|
+ANNESS II Mudell tal-Liċenzja Komunitarja |
ANNESS II Mudell tal-Liċenzja KomunitarjaANNESS II Mudell tal-Liċenzja Komunitarja IL-KOMUNITÀ EWROPEA (a) (Kulur Pantone light blue (ċelesti) 290, jew kemm jista' jkun viċin ta' dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar) (L-ewwel paġna tal-liċenzja) (It-test fil-lingwa(i) uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li qed joħroġ il-
(b) (It-tieni paġna tal-liċenzja) (It-test fil-lingwa(i) uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li qed joħroġ il-liċenzja) DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI (1) Din il-liċenzja qed tinħareġ b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/.2009. (2) Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jopera b’kiri jew b’kumpens li: (a) huwa awtorizzat fl-Istat fejn ikun stabbilit biex jidħol għall-ġarr permezz ta’ servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank; (b) jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skont ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq ta’ passiġġieri f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali; (c) jissodisfa l-ħtiġiet legali dwar l-istandards għal xufiera u vetturi. (3) Din il-liċenzja tippermetti it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank b’kiri jew b’kumpens fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità: (a) meta l-punt tat-tluq u l-punt tad-wasla jkunu qegħdin f’żewġ Stati Membri diversi, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi; (b) meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla ikun fl-istess Stat Membru, filwaqt li t-trikkib u l-inżul tal-passiġġiera jkunu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; (c) minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi; (d) bejn pajjiżi terzi bi traversata minn territorju ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed in transitu. u vjaġġi battala b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Fil-każ ta’ operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċeversa, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, huwa applikabbli, għall- parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ Stati Membri li wieħed jgħaddi minnhom fit-tranżitu. Mhux applikabbli għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru mnejn isir l-irkib u l-inżul, sakemm il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż. (4) Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli. (5) Din il-liċenzja tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Menmbru li ħariġha partikolarment meta t-trasportatur: (a) ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009; (b) ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-dettalji li kienu meħtieġa għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja; (c) ikun wettaq ksur serju wieħed jew aktar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari rigward ir-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur jistgħu, inter alia, jirtiraw il-liċenzja Komunitarja jew jirtiraw temporanjament jew permanentament xi wħud minn jew il-kopji ċertifikati awtentiċi kollha tal-liċenzja Komunitarja. Dawn il-pieni għandhom jiġu deċiżi skont is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skont l-għadd ta’ kopji ċertifikati awtentiċi li jkollu rigward is-servizzi internazzjonali tat-trasport tiegħu. (6) Il-kopja oriġinali tal-liċenzja għandha tinżamm mit-trasportatur. Il-kopja aawtentikata tal-liċenzja għandha tinżamm fuq il-vettura li biha tkun titwettaq operazzjoni ta’ trasport internazzjonali. (7) Din il-liċenzja għandha tiġi murija meta tintalab minn kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona. (8) Id-detentur għandu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku. (9) “Servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz. Is-servizzi regolari jeħtieġu l-awtorizzazzjoni. “Servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifiċi ta’ passiġġieri, bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra, f’intervalli speċifiċi, matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet predeterminati. Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu: (a) it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol; (b) it-trasport ta’ tfal tal-iskola u studenti lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi. Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi mibdul skont il-ħtiġiet tal-utenti m’għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari. Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur. L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu l-awtorizzazzjoni. “Servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjattiva ta’ klijent jew tat-trasportatur innifsu. L-organizzazjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bħal tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Dawn is-servizzi ma jispiċċawx minn servizzi okkażjonali biss fuq il-bażi li dawn jiġu provduti f’ċerti intervalli. Is-servizzi okkażjonali ma jeħtieġux awtorizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|