|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Korp Kompetenti għandu jġedded ir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
Il-Korp Kompetenti jkun rċieva dikjarazzjoni ambjentali vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), dikjarazzjoni ambjenti aġġornata vvalidata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) jew dikjarazzjoni ambjentali aġġornata mhux ivvalidata kif imsemmi fl-Artikolu 7(3);
(b)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva formula mimlija, li tinkludi mill-inqas l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness VI, kif imsemmi fil-punt (d) tal- Artikolu 6(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 6(2);
(c)
il-Korp Kompetenti ma jkollux evidenza li l-verifika u l-validazzjoni ma jkunux saru skont l-Artikoli 25, 26 u 27;
(d)
il-Korp Kompetenti ma jkollu l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mill-organizzazzjoni ma’ rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent;
(e)
ma jkunx hemm ilmenti relevanti minn partijiet interessati jew li l-ilmenti jkunu gew solvuti b’mod sodisfacenti;
(f)
il-Korp Kompetenti jkun sodisfatt abbażi ta’ evidenza rċevuta li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament; u
(g)
il-Korp Kompetenti jkun irċieva miżata ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|