+Artikolu 46 Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
|
Artikolu 46 Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi
Żvilupp ta’ dokumenti ta’ referenza u gwidi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
F’konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokumenti ta’ referenza settorjali li għandhom jinkludu:.
(a)
l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali;
(b)
indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi;
(c)
fejn xieraq, punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali.
Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiżviluppa dokumenti ta’ referenza għall-użu transsettorjali.
|
|
Artikolu 46 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza eżistenti u indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali żviluppati skont linji politiċi u strumenti ambjentali oħra fl-istandards Komunitarji jew internazzjonali.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Sal-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li se jitqiesu bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tad-dokumenti ta’ riferenza settorjali u transsettorjali.
Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun pubblikament disponibbli u aġġornat regolarment.
|
|
Artikolu 46 4.
|
B’kooperazzjoni mal-Forum tal-Korpi Kostitwiti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet barra l-Komunità.
|
|
Artikolu 46 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS.
Din il-gwida għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.
|
|
Artikolu 46 6.
|
Id-dokumenti żviluppati bi qbil mal-paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu sottomessi gġall-adozzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|