L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ebda installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart ma jitħaddem mingħajr permess.
▼M1
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċedura għar-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet koperti biss mill-Kapitolu V jew mill-Kapitolu VIa.
▼B
Il-proċedura għar-reġistrazzjoni għandha tkun speċifikata f’att vinkolanti u li jinkludi minn tal-inqas notifika lill-awtorità kompetenti mill-operatur tal-intenzjoni li tiġi mħaddma installazzjoni.