+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Obbligu ta’ pussess ta’ permess
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 5 Il-ħruġ ta’ permess
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 6 Regoli ġenerali vinkolanti
---+Artikolu 7 Inċidenti u aċċidenti
---+Artikolu 8 Nuqqas ta’ konformità
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 9 Emissjoni ta’ gassijiet serra
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati ta’ tniġġis li jinħoloq mill-attivitajiet industrijali.

▼M1

Tippreskrivi wkoll regoli maħsuba għall-prevenzjoni jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, għat-tnaqqis kontinwu ta’ emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art, għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart, għat-titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi, u għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari u d-dekarbonizzazzjoni, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kollu kemm hu.

▼B

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sustanza” tfisser kull element kimiku u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tas-sustanzi li ġejjin:

(a) 

sustanzi radjuattivi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29 Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti ( 1 );

(b) 

mikro-organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament ( 2 );

(c) 

organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament ( 3 );

▼M1

(2) 

“tniġġis” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, b’riżultat ta’ attività umana, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana, ħsejjes jew irwejjaħ fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li jirriżultaw fi ħsara għal proprjetà materjali, jew jaffettwaw ħażin jew ifixklu l-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;

(3) 

“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I, fl-Anness Ia jew fil-Parti 1 tal-Anness VII, u kull attività oħra direttament assoċjata fuq l-istess sit li jkollha konnessjoni teknika mal-attivitajiet elenkati f’dawk l-Annessi u li jista’ jkollha effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġis;

▼B

(4) 

“emissjoni” tfisser ir-rilaxx dirett jew indirett ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħanat jew ħsejjes minn sorsi individwali jew diffużi fl-installazzjoni għal ġewwa l-arja, l-ilma jew l-art;

(5) 

“valur limitu tal-emissjonijiet” tfisser il-massa, espressa f’termini ta’ ċerti parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta’ emissjoni, li ma jistgħux jinqabżu matul perijodu wieħed jew aktar ta’ żmien;

▼M1

(5a) 

“valur limitu tal-prestazzjoni ambjentali” tfisser valur tal-prestazzjoni inkluż f’permess, espress għal kundizzjonijiet speċifikati f’termini ta’ ċerti parametri speċifiċi;

▼B

(6) 

“livell tal-kwalità ambjentali” tfisser is-sett ta’ rekwiżiti li għandhom jitħarsu fi żmien partikolari minn ambjent partikolari jew parti partikolari minnu, kif stabbilit fil-liġi tal-Unjoni;

(7) 

“permess” tfisser awtorizzazzjoni bil-miktub biex titħaddem installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart sħaħ jew parti minnhom;

(8) 

“regoli ġenerali vinkolanti” tfisser valuri limitu tal-emissjonijiet jew kondizzjonijiet oħrajn, mill-inqas fil-livell settorjali, li jiġu adottati bl-intenzjoni li jintużaw direttament biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għal permess;

(9) 

“bidla sostanzjali” tfisser bidla fin-natura jew it-tħaddim, jew estensjoni, ta’ installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart li jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

▼M1

(9a) 

“trasformazzjoni industrijali profonda” tfisser l-implimentazzjoni mill-operaturi industrijali ta’ metodi tekniċi ġodda jew l-aħjar metodi tekniċi disponibbli li jinvolvu bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija tal-installazzjoni kollha jew parti minnha jew is-sostituzzjoni ta’ installazzjoni eżistenti b’installazzjoni ġdida, li tippermetti tnaqqis estremament sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika u tottimizza l-kobenefiċċji ambjentali, mill-inqas għal-livelli li jistgħu jintlaħqu mill-metodi tekniċi identifikati fil-konklużjonijiet tal-BAT applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-effetti transmedjali;

▼B

(10) 

“l-aħjar metodi tekniċi disponibbli” tfisser l-istadju l-aktar effettiv u avanzat fl-iżvilupp ta’ attivitajiet u l-metodi tagħhom ta’ tħaddim li jindika l-adattabilità prattika ta’ metodi tekniċi partikolari li tipprovdi l-bażi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u kondizzjonijiet oħra tal-permessi maħsuba biex jiġu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:

(a) 

“metodi tekniċi” tinkludi kemm it-teknoloġija użata kif ukoll il-mod li bih l-installazzjoni tkun iddisinjata, mibnija, imħaddma u dekommissjonata;

▼M1

(b) 

“metodi tekniċi disponibbli” tfisser dawk il-metodi tekniċi żviluppati fuq skala li tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur industrijali rilevanti, taħt kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-vantaġġi, indipendentement minn jekk tali metodi tekniċi jintużawx jew jiġux prodotti fl-Unjoni, dment li dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur;

(c) 

“l-aħjar” tfisser l-aktar effettivi sabiex jintlaħaq livell ġenerali għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent b’mod ġenerali, inklużi s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima;

▼B

(11) 

“dokument ta’ referenza tal-BAT” tfisser dokument, li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni organizzata skont l-Artikolu 13, imfassal għal attivitajiet definiti u li jiddeskrivi, b’mod partikolari, il-metodi tekniċi applikati, l-emissjonijiet preżenti u l-livelli ta’ konsum, il-metodi tekniċi kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif ukoll il-konklużjonijiet tal-BAT u kwalunkwe teknika emerġenti, fejn tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-kriterji elenkati fl-Anness III;

▼M1

(12) 

“konklużjonijiet tal-BAT” tfisser dokument li jkun fih il-partijiet ta’ dokument ta’ referenza tal-BAT li jistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-metodi tekniċi emerġenti, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati ma’ dawk il-metodi t-tekniċi, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati ma’ dawk il-metodi tekniċi, il-kontenut ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali inklużi l-parametri referenzjarji assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn xieraq, il-miżuri rilevanti ta’ rimedju tas-siti;

▼M1

(12a) 

“Regoli operattivi” tfisser ir-regoli inklużi fil-permessi jew ir-regoli ġenerali vinkolanti għall-operat tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia, li jistabbilixxu l-valuri limitu tal-emissjonijiet, il-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ assoċjati, u fejn rilevanti l-prattiki ta’ tifrix fir-raba’, il-prattiki ta’ prevenzjoni u ta’ mitigazzjoni tat-tniġġis, il-ġestjoni nutrizzjonali, it-tħejjija tal-għalf, l-akkomodazzjoni, il-ġestjoni tad-demel, inklużi l-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u t-tifrix tad-demel fir-raba’, u l-ħżin ta’ annimali mejta, u li jkunu konsistenti mal-użu tal-aqwa metodi tekniċi disponibbli;

▼B

(13) 

“il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli jew taħlita tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressa bħala medja fuq perijodu ta’ żmien stabbilit f’kondizzjonijiet ta’ referenza speċifikati;

▼M1

(13a) 

“livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ BAT jew taħlita ta’ BATs;”. kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT;

(13aa) 

“prestazzjoni ambjentali” tfisser il-prestazzjoni fir-rigward tal-livelli ta’ konsum, l-effiċjenza fir-riżorsi fir-rigward tal-materjali, ir-riżorsi tal-ilma u tal-enerġija, l-użu mill-ġdid tal-materjali u tal-ilma, u l-ġenerazzjoni tal-iskart;;

(13b) 

“parametri referenzjarji” tfisser il-firxa indikattiva tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, li għandha tintuża bħala referenza fl-EMS;

▼M1

(14) 

“metodu tekniku emerġenti” tfisser teknika ġdida għal attività industrijali li, jekk żviluppata kummerċjalment, tista’ tipprovdi jew livell ġenerali ogħla ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jew mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u ffrankar tal-kostijiet akbar mill-aħjar metodi tekniċi disponibbli eżistenti;

▼B

(15) 

“operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-installazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart kollha jew parti minnhom jew, fejn dan hu previst fil-legislazzjoni nazzjonali, li għaliha jkun ġie delegat poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjonament tekniku tal-installazzjoni jew l-impjant;

(16) 

“il-pubbliku” tfisser persuna waħda jew iktar fiżiċi jew ġuridiċi, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

▼M1

(17) 

“il-pubbliku kkonċernat” tfisser il-membri tal-pubbliku affettwati jew li x’aktarx li jiġu affettwati bit-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ jew l-aġġornament ta’ permess jew ta’ kundizzjonijiet ta’ permess jew li għandhom interess fihom; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

▼B

(18) 

“sustanzi perikolużi” tfisser sustanzi jew taħlitiet kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 4 );

(19) 

“rapport ta’ bażi” tfisser informazzjoni dwar il-qagħda tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art minn sustanzi perikolużi rilevanti;

(20) 

“ilma ta’ taħt l-art” tfisser ilma ta’ taħt l-art kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ( 5 );

(21) 

“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq nett tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn il-qiegħ u l-wiċċ. Il-ħamrija hija magħmula minn partikoli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin;

(22) 

“spezzjoni ambjentali” tfisser l-azzjonijiet kollha, inklużi ż-żjarat fil-post, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-verifiki tar-rapporti interni u tad-dokumenti ta’ segwitu, il-verifika tal-awtomonitoraġġ, il-verifika tal-metodi tekniċi użati u l-adegwatezza tal-ġestjoni ambjentali tal-installazzjoni, imwettqa mill-awtorità kompetenti jew f’isimha biex tivverifika u tippromwovi l-konformità tal-installazzjonijiet mal-kondizzjonijiet għal permess tagħhom u, fejn meħtieġ, biex tissorvelja l-impatt ambjentali tagħhom;

▼M1

(23) 

“tjur” tfisser it-tjur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

▼M1

(23a) 

“majjali” tfisser majjali kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE ( 7 );

(23b) 

“unità ta’ bhejjem” tfisser unità ta’ kejl standard li tippermetti l-aggregazzjoni tad-diversi kategoriji ta’ bhejjem sabiex ikunu jistgħu jitqabblu, u li hija kkalkolata bl-użu ta’ koeffiċjenti għall-kategoriji ta’ unitajiet ta’ bhejjem individwali elenkati fl-Anness Ia;

▼B

(24) 

“karburant” tfisser kull materjal kombustibbli solidu, likwidu jew li fih il-gass;

(25) 

“impjant ta’ kombustjoni” tfisser kull apparat tekniku fejn il-karburanti jiġu ossidizzati sabiex jużaw is-sħana li tiġi ġġenerata;

(26) 

“ċumnija” tfisser struttura li fiha tromba waħda jew aktar li jipprovdu passaġġ għall-gassijiet ta’ skart sabiex jiġu skarikati fl-arja;

(27) 

“sigħat ta’ tħaddim” tfisser iż-żmien, espress f’sigħat, li matulu impjant ta’ kombustjoni, kollu kemm hu jew parti minnu, ikun qiegħed jiffunzjona u jitfa’ emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perijodi tal-bidu u tal-għeluq;

(28) 

“rata ta’ tneħħija tal-kubrit” tfisser il-proporzjon, matul perijodu partikolari ta’ żmien, tal-kwantità ta’ kubrit li ma jintefax fl-arja minn impjant ta’ kombustjoni għal kwantità ta’ kubrit li jinsab fil-karburant solidu li hu introdott fil-faċilitajiet tal-impjant ta’ kombustjoni u li jintuża fl-impjant matul l-istess perijodu ta’ żmien;

(29) 

“karburant solidu indiġenu” tfisser karburant solidu magħmul b’mod naturali mqabbad f’impjant ta’ kombustjoni mfassal speċifikament għal dak il-karburant u estratt lokalment;

(30) 

“karburant determinanti” tfisser il-karburant li, fost il-karburanti kollha f’impjant ta’ kombustjoni multikarburant li juża d-distillazzjoni u r-residwi ta’ konverżjoni mir-raffinament taż-żejt għall-konsum tiegħu proprju, waħdu jew b’karburnati oħrajn, għandu l-ogħla valur limitu tal-emissjonijiet kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness V, jew, fil-każ ta’ diversi karburanti li għandhom l-istess valur limitu ta’ emissjonijiet, il-karburant li għandu l-ogħla input termiku fost dawk il-karburanti;

(31) 

“bijomassa” tfisser kwalunkwe minn dawn:

(a) 

prodotti li jikkonsistu minn kwalunkwe materja veġetali mill-agrikoltura jew il-forestrija li tista’ tiġi użata bħala karburant għall-iskop tal-irkuprar tal-kontenut tal-enerġija tagħha;

(b) 

l-iskart li ġej:

(i) 

skart veġetali mill-agrikoltura u l-forestrija;

(ii) 

skart veġetali mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel, jekk is-sħana ġenerata tiġi rkuprata;

(iii) 

skart veġetali fibruż mill-produzzjoni tal-polpa verġni u mill-produzzjoni ta’ karta mill-polpa, jekk tiġi koinċinerata fil-post tal-produzzjoni u s-sħana ġenerata tiġi rkuprata;

(iv) 

skart tas-sufra;

(v) 

skart tal-injam ħlief għall-iskart tal-injam li jista’ jkun fih komposti organiċi aloġenizzati jew metalli tqal bħala riżultat tat-trattament bi preservattiv jew kisi tal-injam u li jinkludi, b’mod partikolari, skart tal-injam bħal dak li joriġina mill-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;

(32) 

“impjant ta’ kombustjoni multikarburant” tfisser kwalunkwe impjant tal-kombustjoni li jista’ jitqabbad simultanjament jew alternatament b’ żewġ tipi ta’ karburant jew iktar;

(33) 

“turbina tal-gass” tfisser kwalunkwe magna li ddur li taqleb l-enerġija termali f’xogħol mekkaniku, li tikkonsisti prinċipalment minn kumpressur, strument termiku fejn il-karburant huwa ossidizzat sabiex isaħħan il-fluwidu operattiv, u turbina;

(34) 

“magna tal-gass” tfisser magna ta’ kombustjoni interna li tiffunzjona skont iċ-ċiklu ta’ Otto u li tuża aċċensjoni bi xrar jew, f’każ ta’ magni li jaħdmu b’żewġ tipi ta’ karburant, aċċensjoni bil-kompressjoni biex jinħaraq il-karburant;

(35) 

“magna diżil” tfisser magna ta’ kombustjoni interna li tiffunzjona skont iċ-ċiklu tad-diżil u tuża aċċensjoni bil-kompressjoni biex jinħaraq il-karburant;

(36) 

“sistema żgħira iżolata” tfisser sistema żgħira iżolata kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ( 8 );

(37) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 9 );

(38) 

“skart perikoluż” tfisser skart perikoluż kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(39) 

“skart muniċipali mħallat” tfisser skart mid-djar kif ukoll skart kummerċjali, industrijali u istituzzjonali li, minħabba fin-natura u l-kompożizzjoni tiegħu hu simili għall-iskart mid-djar, iżda li jeskludi l-frazzjonijiet indikati taħt l-intestatura 20 01 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2000/532/KE ( 10 ) li jinġabru separatament mis-sors u li teskludi l-iskart l-ieħor imsemmi taħt l-intestatura 20 02 ta’ dak l-Anness;

(40) 

“impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart” tfisser kull apparat u tagħmir tekniku stazzjonarju jew mobbli dedikat għat-trattament ta’ sħana tal-iskart, bi jew mingħajr l-irkupru tas-sħana ġenerata, permezz tal-inċinerazzjoni bl-ossidazzjoni tal-iskart kif ukoll proċessi ta’ trattamenti oħra tas-sħana, bħall-pirolisi, il-gassifikazzjoni jew il-proċess tal-plasma, jekk is-sustanzi li jirriżultaw mit-trattament jiġu sussegwentement inċinerati;

(41) 

“impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart” tfisser kull unità teknika stazzjonarja jew mobbli li l-iskop ewlieni tagħha hu l-ġenerazzjoni ta’ enerġija jew il-produzzjoni ta’ prodotti materjali u li tuża skart bħala karburant regolari jew addizzjonali jew li fiha l-iskart huwa ttrattat permezz tas-sħana għall-iskop ta’ tneħħija permezz tal-inċinerazzjoni bl-ossidazzjoni tal-iskart kif ukoll proċessi ta’ trattamenti oħra tas-sħana, bħall-pirolisi, il-gassifikazzjoni jew il-proċess tal-plażma, jekk is-sustanzi li jirriżultaw mit-trattament jiġu sussegwentement inċinerati;

(42) 

“kapaċità nominali” tfisser it-total tal-kapaċitajiet ta’ inċinerazzjoni tal-ifran li minnhom jiġi kompost impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart, kif speċifikat mill-kostruttur u kkonfermat mill-operatur, b’konsiderazzjoni għall-valur kalorifiku tal-iskart, espress bħala kwantità tal-iskart inċinerat fis-siegħa;

(43) 

“dijossini u furani” tfisser id-dijossini dibenżo-p-poliklorinati u dibenżofurani kollha elenkati fil-Parti 2 tal-Anness VI;

(44) 

“kompost organiku” tfisser kwalunkwe kompost li jkollu fih minn tal-anqas l-element karbonju u wieħed jew aktar ta’ idroġenu, aloġeni, ossiġnu, kubrit, fosfru, silikon jew nitroġenu, bl-eċċezzjoni ta’ ossidi tal-karbonju u karbonati u bikarbonati inorganiċi;

(45) 

“kompost organiku volatili” tfisser kull kompost organiku kif ukoll il-frazzjoni tal-krijożot, li jkollu 293,15 K pressjoni ta’ fwar ta’ 0,01 kPa jew aktar, jew li għandu volatilità korrispondenti taħt il-kondizzjonijiet partikolari tal-użu;

(46) 

“solvent organiku” tfisser kull kompost organiku volatili li hu użat għal kwalunkwe minn dan li ġej:

(a) 

waħdu jew magħqud ma’ aġenti oħra, u mingħajr ma jgħaddi minn tibdil kimiku, biex jinħallu materjali mhux maħduma, prodotti jew materjali tal-iskart;

(b) 

bħala aġent tat-tindif biex iħoll kontaminanti;

(c) 

bħala sustanza għat-taħlil;

(d) 

bħala mezz ta’ dispersjoni;

(e) 

bħala mezz għall-aġġustament tal-viskożità;

(f) 

bħala mezz għall-aġġustament tat-tensjoni;

(g) 

bħala plastiċizzatur;

(h) 

bħala preservattiv;

(47) 

“kisi” tfisser kisi kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/42/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi ( 11 );

▼M1

(48) 

“livelli ta’ emissjonijiet assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’taħlita ta’ metodi tekniċi emerġenti, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressi bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati;

(49) 

“livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati ma’ metodi tekniċi emerġenti” tfisser il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim, bl-użu ta’ metodu tekniku emerġenti jew b’kombinazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT;

(50) 

“assigurazzjoni tal-konformità” tfisser mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konformità bl-użu ta’ tliet kategoriji ta’ intervent: il-promozzjoni tal-konformità; il-monitoraġġ tal-konformità; segwitu u infurzar.

▼B

Artikolu 4 Obbligu ta’ pussess ta’ permess
Artikolu 5 Il-ħruġ ta’ permess
Artikolu 6 Regoli ġenerali vinkolanti

Artikolu 6

Regoli ġenerali vinkolanti

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ pussess ta’ permess, l-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti għal ċerti kategoriji ta’ installazzjonijiet, impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’regoli ġenerali vinkolanti.

Meta jiġu adottati reġoli ġenerali vinkolanti, il-permess jista’ sempliċement jinkludi referenza għal dawn ir-regoli.

Artikolu 7 Inċidenti u aċċidenti

Artikolu 7

Inċidenti u aċċidenti

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) 

l-operatur jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti;

(b) 

l-operatur jieħu l-miżuri minnufih sabiex jillimita l-konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u sabiex jipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli; u

(c) 

l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura komplementari adegwata li l-awtorità kompetenti tikkunsidra meħtieġa sabiex jillimita l-konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u sabiex jipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli.

Fil-każ ta’ tniġġis li jaffettwa r-riżorsi tal-ilma tax-xorb, inklużi r-riżorsi transkonfinali, jew li jaffettwa l-infrastruttura tal-ilma mormi fil-każ ta’ skariku indirett, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi affettwati bil-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata minn dak it-tniġġis għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident jew l-inċident għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tiġi infurmata minnufih. Il-kooperazzjoni transkonfinali u multidixxiplinari bejn l-Istati Membri affettwati għandu jkollha l-għan li tillimita l-konsegwenzi għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u li tipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli.

Artikolu 8 Nuqqas ta’ konformità
Artikolu 9 Emissjoni ta’ gassijiet serra

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.