|
+Artikolu 7 Inċidenti u aċċidenti |
Artikolu 7 Inċidenti u aċċidentiArtikolu 7 Inċidenti u aċċidenti Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
(a)
l-operatur jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti;
(b)
l-operatur jieħu l-miżuri minnufih sabiex jillimita l-konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u sabiex jipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli; u
(c)
l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura komplementari adegwata li l-awtorità kompetenti tikkunsidra meħtieġa sabiex jillimita l-konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u sabiex jipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli. Fil-każ ta’ tniġġis li jaffettwa r-riżorsi tal-ilma tax-xorb, inklużi r-riżorsi transkonfinali, jew li jaffettwa l-infrastruttura tal-ilma mormi fil-każ ta’ skariku indirett, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi affettwati bil-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata minn dak it-tniġġis għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Fil-każ ta’ kwalunkwe inċident jew aċċident li jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident jew l-inċident għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tiġi infurmata minnufih. Il-kooperazzjoni transkonfinali u multidixxiplinari bejn l-Istati Membri affettwati għandu jkollha l-għan li tillimita l-konsegwenzi għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u li tipprevjeni aktar inċidenti jew aċċidenti possibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|