+Artikolu 8 Nuqqas ta’ konformità
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Nuqqas ta’ konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-permess jiġu mħarsa. Huma għandhom jadottaw ukoll miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jippromwovu, jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità mal-obbligi mqiegħda fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Fil-każ ta’ ksur tal-kundizzjonijiet għal permess, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
l-operatur jinforma minnufih l-awtorità kompetenti;
(b)
l-operatur jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa’ jkun hemm konformità fl-anqas żmien possibbli; u
(c)
l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura komplementari adegwata li l-awtorità kompetenti tikkunsidra meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm konformità.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Fejn il-ksur tal-kundizzjonijiet għal permess ikun ta’ periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew jhedded li jikkawża effett immedjat negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u sakemm jerġa’ jkun hemm konformità skont it-tieni paragrafu, il-punti (b) u (c), it-tħaddim tal-installazzjoni, l-impjant ta’ kombustjoni, l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew parti rilevanti tiegħu għandha tkun sospiża mingħajr ebda dewmien. Meta tali ksur tal-kundizzjonijiet għal-permess jhedded is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ il-ksur tal-kundizzjonijiet għal-permess għandu jiżgura li l-Istat Membru l-ieħor jiġi infurmat.
|
|
Artikolu 8 4.
|
F’sitwazzjonijiet mhux koperti mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta ksur persistenti tal-kundizzjonijiet għal permess joħloq periklu għas-saħħa tal-bniedem jew jikkawża effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, u fejn ma tkunx ġiet implimentata l-azzjoni meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm il-konformità identifikata fir-rapport ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 23(6), it-tħaddim tal-installazzjoni, tal-impjant tal-kombustjoni, tal-impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart, tal-impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart jew tal-parti rilevanti tiegħu jista’ jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità mal-kundizzjonijiet għal permess.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ sospensjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u adottati mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ operatur li jikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jiġu infurzati b’mod effettiv.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Fil-każ ta’ ksur ta’ konformità li jaffettwa r-riżorsi tal-ilma tax-xorb, inkluż ir-riżorsi transkonfinali, jew li jaffettwa l-infrastruttura tal-ilma mormi fil-każ ta’ skariku indirett, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operaturi tal-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi, u lill-awtoritajiet rilevanti b’responsabbiltà rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali kkonċernata, dwar il-ksur u l-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrimedjaw il-ħsara kkawżata għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|