+Artikolu 9 Emissjoni ta’ gassijiet serra
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 Emissjoni ta’ gassijiet serra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ attività mwettqa f’dik l-installazzjoni, il-permess m’għandux jinkludi valur limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass, ħlief jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis lokali sinifikanti.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(1), il-punt (aa) u fl-Artikolu 15(4) ta’ din id-Direttiva relatati mal-effiċjenza enerġetika fir-rigward ta’ unitajiet ta’ kombustjoni jew ta’ unitajiet oħra li jemettu d-diossidu tal-karbonju fuq is-sit.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif xieraq.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-paragrafi 1 sa 3 m’għandhomx japplikaw għall-installazzjonijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewwa l-Unjoni skont l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|