+Artikolu 12 Applikazzjonijiet għal permessi
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.

Artikolu 12 Applikazzjonijiet għal permessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li applikazzjoni għal permess tkun tinkludi deskrizzjoni ta’ dan li ġej:

(a) 

l-installazzjoni u l-attivitajiet tagħha;

▼M1

(b) 

il-materja prima u dik awżiljari, sustanzi oħra, l-enerġija u l-ilma użati fl-installazzjoni jew iġġenerati minnha;

(c) 

is-sorsi tal-emissjonijiet mill-installazzjoni, inklużi l-irwejjaħ;

▼B

(d) 

il-kondizzjonijiet tas-sit tal-installazzjoni;

(e) 

fejn applikabbli, rapport ta’ bażi skont l-Artikolu 22(2);

▼M1

(f) 

in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet prevedibbli, inklużi l-irwejjaħ, mill-installazzjoni f’kull element ambjentali, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-effetti sinifikanti tal-emissjonijiet fuq l-ambjent;

▼B

(g) 

it-teknoloġija proposta u metodi tekniċi oħra għall-prevenzjoni jew, fejn dan ma jkunx possibbli, għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet mill-installazzjoni;

(h) 

il-miżuri għall-prevenzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-iskart iġġenerat mill-installazzjoni;

(i) 

miżuri oħra maħsuba għat-tħaris tal-prinċipji ġenerali tal-obbligi bażiċi tal-operatur kif previsti fl-Artikolu 11;

(j) 

miżuri maħsuba għall-osservazzjoni tal-emissjonijiet fl-ambjent;

(k) 

l-alternattivi prinċipali għat-teknoloġija, il-metodi tekniċi u l-miżuri proposti studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant.

Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 12 2.
Meta informazzjoni mogħtija skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 85/337/KEE jew rapport ta’ sigurtà mħejji skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE jew informazzjoni oħra mogħtija b’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra jkun jissodisfa kwalunkwe mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fi, jew mehmuża ma’, l-applikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.