|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li applikazzjoni għal permess tkun tinkludi deskrizzjoni ta’ dan li ġej:
(a)
l-installazzjoni u l-attivitajiet tagħha;
(b)
il-materja prima u dik awżiljari, sustanzi oħra, l-enerġija u l-ilma użati fl-installazzjoni jew iġġenerati minnha;
(c)
is-sorsi tal-emissjonijiet mill-installazzjoni, inklużi l-irwejjaħ;
(d)
il-kondizzjonijiet tas-sit tal-installazzjoni;
(e)
fejn applikabbli, rapport ta’ bażi skont l-Artikolu 22(2);
(f)
in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet prevedibbli, inklużi l-irwejjaħ, mill-installazzjoni f’kull element ambjentali, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-effetti sinifikanti tal-emissjonijiet fuq l-ambjent;
(g)
it-teknoloġija proposta u metodi tekniċi oħra għall-prevenzjoni jew, fejn dan ma jkunx possibbli, għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet mill-installazzjoni;
(h)
il-miżuri għall-prevenzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-iskart iġġenerat mill-installazzjoni;
(i)
miżuri oħra maħsuba għat-tħaris tal-prinċipji ġenerali tal-obbligi bażiċi tal-operatur kif previsti fl-Artikolu 11;
(j)
miżuri maħsuba għall-osservazzjoni tal-emissjonijiet fl-ambjent;
(k)
l-alternattivi prinċipali għat-teknoloġija, il-metodi tekniċi u l-miżuri proposti studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant. Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji msemmijin fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|