+Artikolu 20 Bidliet minn operaturi għal installazzjonijiet
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.

Artikolu 20 Bidliet minn operaturi għal installazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti b’kull bidla ppjanata fin-natura jew il-funzjonament, jew estensjoni, tal-installazzjoni li jista’ jkollha konsegwenzi għall-ambjent, fi żmien debitu u fi kwalunkwe każ qabel l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla jew estensjoni bħal din. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirreaġixxu fi żmien debitu għall-informazzjoni prevista mill-operatur.
Artikolu 20 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ebda tibdil sostanzjali ppjanat mill-operatur ma jsir mingħajr permess maħruġ skont din id-Direttiva.

L-applikazzjoni għal permess u d-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti għandhom ikopru dawk il-partijiet tal-installazzjoni u dawk id-dettalji elenkati fl-Artikolu 12 li jistgħu jiġu effettwati mill-bidla sostanzjali.

Artikolu 20 3.
Kwalunkwe bidla fin-natura jew fil-funzjonament jew estensjoni ta’ installazzjoni għandha titqies li tkun sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fiha nfusha tilħaq il-limiti tal-kapaċità stabbiliti fl-Anness I.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.