+Artikolu 22 2.

Artikolu 22 2.

Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara s-7 ta’ Jannar 2013.

Ir- rapport ta’ bażi għandu jinkludi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi determinat l-istat ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art sabiex isir tqabbil kwantitattiv mal-istat mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet previsti taħt il-paragrafu 3.

Ir-rapport ta’ bażi għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni dwar l-użu preżenti u, fejn disponibbli, dwar l-użi tas-sit fil-passat;

(b) 

fejn disponibbli, l-informazzjoni eżistenti dwar il-miżuri tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art li jirriflettu l-istat fil-mument li r-rapport jiġi mfassal jew, alternattivament, miżuri ġodda tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art li jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art b’dawk is-sustanzi perikolużi li għandhom jintużaw, fejn prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni kkonċernata.

Fejn l-informazzjoni li hija pprovduta skont liġi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fi, jew annessa għar-rapport ta’ bażi ppreżentat.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-gwida dwar il-kontenut tar-rapport ta’ bażi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.