+Artikolu 24 Aċċess għal informazzjoni u partieċipazzjoni pubblika fil-proċedura għal permess
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 Aċċess għal informazzjoni u partieċipazzjoni pubblika fil-proċedura għal permess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jippartieċipa fil-proċeduri li ġejjin:

(a) 

il-ħruġ ta’ permess għal installazzjonijiet ġodda;

(b) 

il-ħruġ ta’ permess għal kwalunkwe bidla sostanzjali;

(c) 

il-ħruġ jew l-aġġornament ta’ permess għal installazzjoni fejn l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 (4) hija proposta;

▼M1

(d) 

l-aġġornament ta’ permess jew il-kundizzjonijiet għal permess għal installazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21(5);

▼M1

(e) 

l-aġġornament ta’ permess f’konformità mal-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 21(4).

▼B

Il-proċedura stabbilita fl-Anness IV għandha tapplika għal din il-partieċipazzjoni.

Artikolu 24 2.

Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ jew il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-internet, fuq paġna web li jkun faċli li tinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, fir-rigward tal-punti (a), (b) u (f), l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluż kopja tal-permess u kwalunkwe aġġornament sussegwenti, inklużi l-kundizzjonijiet għal permess ikkonsolidati meta rilevanti;

▼B

(b) 

ir-raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni;

▼M1

(c) 

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li saru qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni, inklużi l-konsultazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 26, u spjegazzjoni ta’ kif dawk il-konsultazzjonijiet tqiesu f’dik id-deċiżjoni;

▼B

(d) 

it-titolu tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT rilevanti għall-installazzjoni jew l-attività kkonċernata;

▼M1

(e) 

kif il-kundizzjonijiet għal permess imsemmija fl-Artikolu 14, inklużi l-valuri limitu tal-emissjonijiet, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, ikunu ġew determinati f’relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli ta’ emissjonijiet u l-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;

(f) 

meta tingħata deroga f’konformità mal-Artikolu 15, ir-raġunijiet speċifiċi għal dik id-deroga bbażati fuq il-kriterji stabbiliti f’dak il-paragrafu u l-kundizzjonijiet imposti.

Artikolu 24 3.

L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-internet, fuq paġna web li jkun faċli li tinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, dan li ġej:

(a) 

informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri meħudin mill-operatur mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet f’konformità mal-Artikolu 22;

(b) 

ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet kif meħtieġ skont il-kundizzjonijiet għal permess u miżmumin mill-awtorità kompetenti;

(c) 

ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 16(4) u fl-Artikolu 18.

Artikolu 24 4.
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw suġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2003/4/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.