|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ jew il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż b’mod sistematiku permezz tal-internet, fuq paġna web li jkun faċli li tinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma tillimita l-aċċess għall-utenti rreġistrati, fir-rigward tal-punti (a), (b) u (f), l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluż kopja tal-permess u kwalunkwe aġġornament sussegwenti, inklużi l-kundizzjonijiet għal permess ikkonsolidati meta rilevanti;
(b)
ir-raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni;
(c)
ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li saru qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni, inklużi l-konsultazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 26, u spjegazzjoni ta’ kif dawk il-konsultazzjonijiet tqiesu f’dik id-deċiżjoni;
(d)
it-titolu tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT rilevanti għall-installazzjoni jew l-attività kkonċernata;
(e)
kif il-kundizzjonijiet għal permess imsemmija fl-Artikolu 14, inklużi l-valuri limitu tal-emissjonijiet, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali, ikunu ġew determinati f’relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli ta’ emissjonijiet u l-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli;
(f)
meta tingħata deroga f’konformità mal-Artikolu 15, ir-raġunijiet speċifiċi għal dik id-deroga bbażati fuq il-kriterji stabbiliti f’dak il-paragrafu u l-kundizzjonijiet imposti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|