+Artikolu 27d Trasformazzjoni lejn industrija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima
---+Artikolu 27d 1.
---+Artikolu 27d 2.
---+Artikolu 27d 3.
---+Artikolu 27d 4.
---+Artikolu 27d 5.
|
Artikolu 27d Trasformazzjoni lejn industrija nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27d 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li sat-30 ta’ Ġunju 2030 l-operaturi jinkludu fl-EMS tagħhom pjan ta’ trasformazzjoni indikattiv li jkopri l-attivitajiet tagħhom kif elenkati fil-punti 1, 2, 3, 4, 6.1a, u 6.1b tal-Anness I. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-operatur se jittrasforma l-installazzjoni matul il-perjodu 2030-2050 biex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari, effiċjenti fir-riżorsi u newtrali għall-klima sal-2050, inkluż meta rilevanti t-trasformazzjoni industrijali profonda kif imsemmi fl-Artikolu 27e. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-organizzazzjoni tal-awditu msemmija fl-Artikolu 14a(4), is-sitt subparagrafu, tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27d 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, bħala parti mir-rieżami tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21(3) wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT wara l-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur jinkludi fl-EMS tiegħu pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-operatur se jittrasforma l-installazzjoni matul il-perjodu 2030-2050 biex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sena wara t-tlestija tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 21(3), l-organizzazzjoni tal-awditu msemmija fl-Artikolu 14a(4), is-sitt subparagrafu, tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 27d 3.
|
Meta żewġ installazzjonijiet jew aktar ikunu taħt il-kontroll tal-istess operatur, jew jekk l-installazzjonijiet ikunu taħt il-kontroll ta’ operaturi differenti li huma parti mill-istess kumpanija, fl-istess Stat Membru, dawk l-installazzjonijiet jistgħu jkunu koperti minn pjan ta’ trasformazzjoni wieħed. Meta elementi tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni jkunu diġà ġew żviluppati f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u jkunu konformi ma’ dan l-Artikolu, tista’ ssir referenza fil-pjan ta’ trasformazzjoni għad-dokumenti rilevanti.
|
|
Artikolu 27d 4.
|
L-operatur għandu jagħmel il-pjan ta’ trasformazzjoni tiegħu, l-aġġornamenti tal-pjan ta’ trasformazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 pubbliċi, bħala parti mill-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti stabbilita fl-EMS kif imsemmi fl-Artikolu 14a(4).
|
|
Artikolu 27d 5.
|
Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2026, tadotta att delegat sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-kontenut għall-pjanijiet ta’ trasformazzjoni, abbażi tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 1, 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2034, tirrieżamina u, meta xieraq, tirrevedi l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|