+Artikolu 27d 2.

Artikolu 27d 2.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, bħala parti mir-rieżami tal-kundizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21(3) wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT wara l-1 ta’ Jannar 2030, l-operatur jinkludi fl-EMS tiegħu pjan ta’ trasformazzjoni għal kull installazzjoni li twettaq kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I li mhijiex imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-pjan ta’ trasformazzjoni għandu jkun fih informazzjoni dwar kif l-operatur se jittrasforma l-installazzjoni matul il-perjodu 2030-2050 biex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall-klima sal-2050, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sena wara t-tlestija tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 21(3), l-organizzazzjoni tal-awditu msemmija fl-Artikolu 14a(4), is-sitt subparagrafu, tivvaluta l-konformità tal-pjanijiet ta’ trasformazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.