+Artikolu 27e 1.

Artikolu 27e 1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, fil-każ ta’ trasformazzjoni industrijali profonda tal-installazzjoni stabbilita fil-pjan ta’ trasformazzjoni rilevanti li jkopri l-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu biex l-installazzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet għal permess aġġornati imsemmija fl-Artikolu 21(3) għal total massimu ta’ tmien snin, dment li:

(a) 

il-permess għall-installazzjoni jkun fih deskrizzjoni tat-trasformazzjoni industrijali profonda, il-livelli ta’ emissjonijiet u l-effiċjenza fir-riżorsi li se jinkisbu, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni u l-istadji importanti;

(b) 

l-operatur jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali profonda; u

(c) 

matul il-perjodu mogħti għat-trasformazzjoni tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-anqas darba fis-sena bid-derogi mogħtija bħala parti mir-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.