+Artikolu 27e Trasformazzjoni Industrijali Profonda
---+Artikolu 27e 1.
---+Artikolu 27e 2.
|
Artikolu 27e Trasformazzjoni Industrijali Profonda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27e 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, fil-każ ta’ trasformazzjoni industrijali profonda tal-installazzjoni stabbilita fil-pjan ta’ trasformazzjoni rilevanti li jkopri l-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu biex l-installazzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet għal permess aġġornati imsemmija fl-Artikolu 21(3) għal total massimu ta’ tmien snin, dment li:
(a)
il-permess għall-installazzjoni jkun fih deskrizzjoni tat-trasformazzjoni industrijali profonda, il-livelli ta’ emissjonijiet u l-effiċjenza fir-riżorsi li se jinkisbu, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni u l-istadji importanti;
(b)
l-operatur jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali profonda; u
(c)
matul il-perjodu mogħti għat-trasformazzjoni tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-anqas darba fis-sena bid-derogi mogħtija bħala parti mir-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72.
|
|
Artikolu 27e 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 18 u 22, fil-każ ta’ trasformazzjoni industrijali profonda li tikkonsisti fl-għeluq ta’ installazzjoni u s-sostituzzjoni tagħha b’installazzjoni ġdida stabbilita fil-pjan ta’ trasformazzjoni rilevanti li jkopri l-installazzjoni u li għandu jitlesta fi żmien 8 snin mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, f’konformità mal-Artikolu 13(5), relatati mal-attività ewlenija tal-installazzjoni eżistenti, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-obbligu tal-aġġornament tal-permess f’konformità mal-Artikolu 21(3), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-permess għall-installazzjoni eżistenti jkun fih deskrizzjoni tal-pjan ta’ għeluq u l-iskeda ta’ żmien u l-istadji importanti assoċjati;
(b)
l-operatur jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti dwar il-progress fir-rigward tal-pjan ta’ għeluq għall-installazzjoni eżistenti u s-sostituzzjoni tagħha b’installazzjoni ġdida;
(c)
matul il-perjodu ta’ qabel l-għeluq tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar tagħhom skont l-Artikolu 72 mill-anqas darba fis-sena bid-derogi mogħtija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|