|
+Artikolu 27e 2. |
Artikolu 27e 2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 18 u 22, fil-każ ta’ trasformazzjoni industrijali profonda li tikkonsisti fl-għeluq ta’ installazzjoni u s-sostituzzjoni tagħha b’installazzjoni ġdida stabbilita fil-pjan ta’ trasformazzjoni rilevanti li jkopri l-installazzjoni u li għandu jitlesta fi żmien 8 snin mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, f’konformità mal-Artikolu 13(5), relatati mal-attività ewlenija tal-installazzjoni eżistenti, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-obbligu tal-aġġornament tal-permess f’konformità mal-Artikolu 21(3), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-permess għall-installazzjoni eżistenti jkun fih deskrizzjoni tal-pjan ta’ għeluq u l-iskeda ta’ żmien u l-istadji importanti assoċjati;
(b)
l-operatur jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti dwar il-progress fir-rigward tal-pjan ta’ għeluq għall-installazzjoni eżistenti u s-sostituzzjoni tagħha b’installazzjoni ġdida;
(c)
matul il-perjodu ta’ qabel l-għeluq tal-installazzjoni, l-awtorità kompetenti tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar tagħhom skont l-Artikolu 72 mill-anqas darba fis-sena bid-derogi mogħtija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|