Il-permessi kollha għall-installazzjonijiet li għandhom impjanti ta’ kombustjoni li ngħataw permess qabel is-7 ta’ Jannar 2013, jew li l-operaturi tagħhom ippreżentaw applikazzjoni kompluta għal permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li dawn l-impjanti jibdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta’ Jannar 2014, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 1 tal-Anness V.
Il-permessi kollha għal installazzjonijiet li jinkludu impjanti ta’ kombustjoni li kienu ngħataw eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE u li jitħaddmu wara l-1 ta’ Jannar 2016, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 2 tal-Anness V.