L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-obbligu ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 f’każijiet fejn impjant ta’ kombustjoni li juża biss karburant ta’ gass, f’każ eċċezzjonali, irid idur għall-użu ta’ karburanti oħra minħabba interruzzjoni f’daqqa fil-forniment tal-gass u għal din ir-raġuni jkollu bżonn ikun mgħammar b’faċilità ta’ purifikazzjoni ta’ gass ta’ skart. Il-perijodu li għalih tingħata deroga bħal din m’għandux jaqbeż l-10 ijiem ħlief fejn ikun hemm bżonn urġenti li jinżammu l-provvisti tal-enerġija.
L-operatur għandu minnufih jgħarraf lill-awtorità kompetenti b’kull każ speċifiku msemmi fl-ewwel subparagrafu
▼M1
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu, inklużi r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti.
▼B