+Artikolu 36 Ħżin ġeoloġiku ta’ diossidu tal-karbonju
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
|
Artikolu 36 Ħżin ġeoloġiku ta’ diossidu tal-karbonju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-impjanti kollha ta’ kombustjoni b’output elettriku kklassifikat ta’ 300 megawatts jew aktar li għalihom il-liċenzja oriġinali għall-kostruzzjoni jew, fin-nuqqas ta’ tali proċedura, il-liċenzja oriġinali għat-tħaddim tingħata wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku ta’ diossidu tal-karbonju (
17
), ivvalutaw jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
siti adatti għall-ħżin huma disponibbli,
(b)
il-faċilitajiet ta’ trasport huma fattibbli teknikament u ekonomikament,
(c)
huwa fattibbli teknikament u ekonomikament li jsiru modifiki għall-qbid ta’ diossidu tal-karbonju.
|
|
Artikolu 36 2.
|
Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fis-sit tal-installazzjoni għandu jkun hemm spazju adatt għat-tagħmir meħtieġ biex jinqabad u jiġi ppressat id-diossidu tal-karbonju. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk il-kondizzjonijiet intlaħqux abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u informazzjoni disponibbli oħra, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|