+Artikolu 45 Kondizzjonijiet tal-permess
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
|
Artikolu 45 Kondizzjonijiet tal-permess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Il-permess għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
lista tat-tipi kollha ta’ skart li jistgħu jiġu ttrattati li juża mill-inqas, it-tipi ta’ skart stabbiliti fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita mid-Deċiżjoni 2000/532/KE, jekk possibbli, u li jkun fih informazzjoni dwar il-kwantità ta’ kull tip ta’ skart, fejn xieraq;
(b)
il-kapaċità totali tal-iskart li l-impjant jista’ jinċinera jew jikkoinċinera;
(c)
il-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma;
(d)
ir-rekwiżiti għall-pH, it-temperatura u l-fluss tal-iskariki tad-dranaġġ;
(e)
il-proċeduri u l-frekwenzi tal-kampjunament u l-kejl użati biex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet;
(f)
il-perijodu massimu permissibbli ta’ kull tip ta’ twaqqif tekniku inevitabbli, disturbanzi, jew waqfien tal-apparat ta’ purifikazzjoni jew l-apparat ta’ kejl, li matulu l-emissjonijiet fl-arja u l-iskariki tad-dranaġġ jistgħu jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet preskritti.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-permess maħruġ lil impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart li juża l-iskart perikoluż, għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
lista tal-kwantitajiet tal-kategoriji differenti tal-iskart perikoluż li jista’ jiġi ttrattat;
(b)
il-flussi minimi u massimi tal-massa tal-iskart perikoluż, l-inqas u l-ogħla valuri kalorifiċi u l-kontenuti massimi ta’ bifenili poliklorinati, pentaklorofenol, klorin, florin, kubrit, u metalli tqal u sustanzi oħra li jniġġsu.
|
|
Artikolu 45 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jelenkaw il-kategoriji tal-iskart li għandhom jiġu inklużi fil-permess li jistgħu jiġu koinċinerati f’ċerti kategoriji ta’ impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart.
|
|
Artikolu 45 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra perijodikament u, fejn neċessarju, taġġorna l-kondizzjonijiet għal permessi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|