|
+Artikolu 45 1. |
Artikolu 45 1.Il-permess għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
lista tat-tipi kollha ta’ skart li jistgħu jiġu ttrattati li juża mill-inqas, it-tipi ta’ skart stabbiliti fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita mid-Deċiżjoni 2000/532/KE, jekk possibbli, u li jkun fih informazzjoni dwar il-kwantità ta’ kull tip ta’ skart, fejn xieraq;
(b)
il-kapaċità totali tal-iskart li l-impjant jista’ jinċinera jew jikkoinċinera;
(c)
il-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma;
(d)
ir-rekwiżiti għall-pH, it-temperatura u l-fluss tal-iskariki tad-dranaġġ;
(e)
il-proċeduri u l-frekwenzi tal-kampjunament u l-kejl użati biex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet;
(f)
il-perijodu massimu permissibbli ta’ kull tip ta’ twaqqif tekniku inevitabbli, disturbanzi, jew waqfien tal-apparat ta’ purifikazzjoni jew l-apparat ta’ kejl, li matulu l-emissjonijiet fl-arja u l-iskariki tad-dranaġġ jistgħu jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet preskritti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|