+Artikolu 57 Definizzjonijiet

Artikolu 57 Definizzjonijiet

Artikolu 57

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“installazzjoni eżistenti” tfisser installazzjoni li kienet qed titħaddem fid-29 ta’ Marzu 1999 jew li ngħatat permess jew kienet irreġistrata qabel l-1 ta’ April 2001 jew l-operatur tagħha ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel l-1 ta’ April 2001, bil-kondizzjoni li dik l-installazzjoni bdiet topera mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2002;

(2) 

“gassijiet ta’ skart” tfisser l-iskariku aħħari minn ċumnija jew tagħmir għat-tnaqqis lejn l-arja f’forma ta’ gass li jkollu fih komposti volatili organiċi jew sustanzi oħra li jniġġsu;

(3) 

“emissjonijiet maħruba” tfisser kwalunkwe emissjonijiet mhux f’gassijiet ta’ skart ta’ komposti volatili organiċi fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma, kif ukoll solventi li jinsabu fi kwalunkwe prodott ħlief jekk iddikjarat mod ieħor fil-Parti 2 tal-Anness VII;

(4) 

“emissjonijiet totali” tfisser is-somma ta’ emissjonijiet maħruba f’gassijiet ta’ skart;

(5) 

“taħlita” tfisser taħlita kif iddefinita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ( 21 );

(6) 

“adeżiv” tfisser kwalunkwe taħlita, inklużi s-solventi organiċi kollha jew taħlitiet li jkollhom fihom solventi organiċi neċessarji għall-applikazzjoni xierqa tagħha, li hi użata biex twaħħal partijiet separati ta’ prodott;

(7) 

“linka” tfisser taħlita, inkluż kull solvent organiku jew preparazzjonijiet li jkollhom fihom solventi organiċi neċessarji għall-applikazzjoni xierqa tagħha, li hi użata fl-attività tal-istampar biex tistampa test jew immaġni fuq wiċċ;

(8) 

“verniċ” tfisser kisja trasparenti;

(9) 

“konsum” tfisser l-input totali ta’ solventi organiċi f’installazzjoni għall kull sena kalendarja, jew kull perijodu ta’ 12-il xahar, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe kompost organiku volatili li huwa rkuprat biex jerġa’ jintuża;

(10) 

“input” tfisser il-kwantità ta’ solventi organiċi u l-kwalità tagħhom fit-taħlitiet użati meta ssir attività, inkluż is-solventi reċiklati fi u barra mill-installazzjoni, u li huma magħduda kull darba li jintużaw biex issir l-attività;

(11) 

“użu mill-ġdid” tfisser l-użu ta’ solventi organiċi miġbura minn installazzjoni għal kull għan tekniku jew kummerċjali u inkluż użu bħala karburant imma mingħajr ir-rimi finali ta’ solventi bħal dawn miġbura bħala skart;

(12) 

“kondizzjonijiet taż-żamma” tfisser kondizzjonijiet taħt liema installazzjoni hi mħaddma b’mod li l-komposti organiċi volatili maħruġa mill-attività huma kkontrollati u mormija f’mod kontrollat jew permezz ta’ ċumnija jew tagħmir ta’ tnaqqis u huma, għalhekk, mhux għal kollox maħruba;

(13) 

“operazzjonijiet ta’ bidu tat-tħaddim u ta’ tifi” tfisser operazzjonijiet minbarra faċilitjiet ta’ attività regolarment oxxillanti waqt li attività, parti ta’ tagħmir jew tank ikunu qed jinġiebu jaħdmu jew ma jaħdmux jew fi stat wieqaf jew le.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.