+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET U L-ATTIVITAJIET LI JUŻAW SOLVENTI ORGANIĊI
---+Artikolu 56 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 57 Definizzjonijiet
---+Artikolu 58 Sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi
---+Artikolu 59 Kontroll tal-emissjonijiet
------+Artikolu 59 1.
------+Artikolu 59 2.
------+Artikolu 59 3.
------+Artikolu 59 4.
------+Artikolu 59 5.
------+Artikolu 59 6.
------+Artikolu 59 7.
---+Artikolu 60 Monitoraġġ ta’ emissjonijiet
---+Artikolu 61 Konformità ma’ valuri limitu tal-emissjonijiet
---+Artikolu 62 Rappurtar dwar il-konformità
---+Artikolu 63 Bidla sostanzjali għal installazzjonijiet eżistenti
------+Artikolu 63 1.
------+Artikolu 63 2.
------+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 64 Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sostituzzjoni ta’ solventi organiċi
---+Artikolu 65 Aċċess għall-informazzjoni
------+Artikolu 65 1.
------+Artikolu 65 2.
------+Artikolu 65 3.
|
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET U L-ATTIVITAJIET LI JUŻAW SOLVENTI ORGANIĊI
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET U L-ATTIVITAJIET LI JUŻAW SOLVENTI ORGANIĊI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 Kamp ta’ applikazzjoni
|
Artikolu 56
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet elenkati fil-Parti 1 tal-Anness VII u, fejn applikabbli, dawk li jilħqu l-limiti tal-konsum stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.
|
|
Artikolu 57 Definizzjonijiet
|
Artikolu 57
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“installazzjoni eżistenti” tfisser installazzjoni li kienet qed titħaddem fid-29 ta’ Marzu 1999 jew li ngħatat permess jew kienet irreġistrata qabel l-1 ta’ April 2001 jew l-operatur tagħha ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel l-1 ta’ April 2001, bil-kondizzjoni li dik l-installazzjoni bdiet topera mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2002;
(2)
“gassijiet ta’ skart” tfisser l-iskariku aħħari minn ċumnija jew tagħmir għat-tnaqqis lejn l-arja f’forma ta’ gass li jkollu fih komposti volatili organiċi jew sustanzi oħra li jniġġsu;
(3)
“emissjonijiet maħruba” tfisser kwalunkwe emissjonijiet mhux f’gassijiet ta’ skart ta’ komposti volatili organiċi fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma, kif ukoll solventi li jinsabu fi kwalunkwe prodott ħlief jekk iddikjarat mod ieħor fil-Parti 2 tal-Anness VII;
(4)
“emissjonijiet totali” tfisser is-somma ta’ emissjonijiet maħruba f’gassijiet ta’ skart;
(5)
“taħlita” tfisser taħlita kif iddefinita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (
21
);
(6)
“adeżiv” tfisser kwalunkwe taħlita, inklużi s-solventi organiċi kollha jew taħlitiet li jkollhom fihom solventi organiċi neċessarji għall-applikazzjoni xierqa tagħha, li hi użata biex twaħħal partijiet separati ta’ prodott;
(7)
“linka” tfisser taħlita, inkluż kull solvent organiku jew preparazzjonijiet li jkollhom fihom solventi organiċi neċessarji għall-applikazzjoni xierqa tagħha, li hi użata fl-attività tal-istampar biex tistampa test jew immaġni fuq wiċċ;
(8)
“verniċ” tfisser kisja trasparenti;
(9)
“konsum” tfisser l-input totali ta’ solventi organiċi f’installazzjoni għall kull sena kalendarja, jew kull perijodu ta’ 12-il xahar, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe kompost organiku volatili li huwa rkuprat biex jerġa’ jintuża;
(10)
“input” tfisser il-kwantità ta’ solventi organiċi u l-kwalità tagħhom fit-taħlitiet użati meta ssir attività, inkluż is-solventi reċiklati fi u barra mill-installazzjoni, u li huma magħduda kull darba li jintużaw biex issir l-attività;
(11)
“użu mill-ġdid” tfisser l-użu ta’ solventi organiċi miġbura minn installazzjoni għal kull għan tekniku jew kummerċjali u inkluż użu bħala karburant imma mingħajr ir-rimi finali ta’ solventi bħal dawn miġbura bħala skart;
(12)
“kondizzjonijiet taż-żamma” tfisser kondizzjonijiet taħt liema installazzjoni hi mħaddma b’mod li l-komposti organiċi volatili maħruġa mill-attività huma kkontrollati u mormija f’mod kontrollat jew permezz ta’ ċumnija jew tagħmir ta’ tnaqqis u huma, għalhekk, mhux għal kollox maħruba;
(13)
“operazzjonijiet ta’ bidu tat-tħaddim u ta’ tifi” tfisser operazzjonijiet minbarra faċilitjiet ta’ attività regolarment oxxillanti waqt li attività, parti ta’ tagħmir jew tank ikunu qed jinġiebu jaħdmu jew ma jaħdmux jew fi stat wieqaf jew le.
|
|
Artikolu 58 Sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi
|
Artikolu 58
Sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi
Is-sustanzi jew taħlitiet li, minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament 1272/2008, huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F, għandhom jinbidlu, safejn hu possibbli b’sustanzi jew taħlitiet inqas dannużi fl-iqsar żmien possibbli.
|
|
Artikolu 59 Kontroll tal-emissjonijiet
|
|
|
Artikolu 60 Monitoraġġ ta’ emissjonijiet
|
Artikolu 60
Monitoraġġ ta’ emissjonijiet
L-Istati Membri għandhom, jew bi speċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet għal permess jew b’regoli ġenerali vinkolanti, jiżguraw li l-kejl tal-emissjonijiet jitwettaq skont il-Parti 6 tal-Anness VII.
|
|
Artikolu 61 Konformità ma’ valuri limitu tal-emissjonijiet
|
Artikolu 61
Konformità ma’ valuri limitu tal-emissjonijiet
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala li qed jiġu osservati jekk jitwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 8 tal-Anness VII.
|
|
Artikolu 62 Rappurtar dwar il-konformità
|
Artikolu 62
Rappurtar dwar il-konformità
L-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, bid-data li tippermetti lill-awtorità kompetenti tivverifika l-konformità ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
valuri limitu tal-emissjonijiet f’gassijiet ta’ skart, valuri limitu tal-emissjonijiet maħruba u valuri limitu tal-emissjonijiet totali;
(b)
ir-rekwiżiti tal-iskema tat-tnaqqis taħt il-Parti 5 tal-Anness VII;
(c)
id-derogi mogħtija skont l-Artikolu 59(2) u (3).
Dan jista’ jinkludi pjanijiet ta’ ġestjoni tas-solventi mħejjija skont il-Parti 7 tal-Anness VII.
|
|
Artikolu 63 Bidla sostanzjali għal installazzjonijiet eżistenti
|
|
|
Artikolu 64 Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sostituzzjoni ta’ solventi organiċi
|
Artikolu 64
Skambju ta’ informazzjoni dwar is-sostituzzjoni ta’ solventi organiċi
Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, l-industrija kkonċernata u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent dwar l-użu ta’ solventi orġaniċi u s-sostituzzjonijiet potenzjali tagħhom u l-metodi tekniċi li għandhom l-inqas effetti potenzjali fuq l-arja, l-ilma, il-ħamrija, l-ekosistemi u s-saħħa tal-bniedem.
L-iskambju tal-informazzjoni għandu jiġi organizzat għal dawn li ġejjin kollha:
(a)
li huma tajbin għall-użu;
(b)
l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-espożizzjoni fil-post tax-xogħol b’mod partikolari;
(c)
l-effetti potenzjali fuq l-ambjent;
(d)
il-konsegwenzi ekonomiċi, partikolarment l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-għażliet disponibbli.
|
|
Artikolu 65 Aċċess għall-informazzjoni
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|