+Artikolu 59 Kontroll tal-emissjonijiet
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.
---+Artikolu 59 7.
|
Artikolu 59 Kontroll tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull installazzjoni tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-emissjonijiet ta’ komposti volatili organiċi minn installazzjonijiet m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu ta’ emissjoni f’gassijiet ta’ skart u valuri ta’ emissjonijiet maħruba, jew il-valuri limitu totali ta’ emissjonijiet, u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness VII jiġu osservati;
(b)
ir-rekwiżiti tal-iskema ta’ tnaqqis stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness VII bil-kondizzjoni li jinkiseb tnaqqis ekwivalenti ta’ emissjonijiet meta mqabbel ma’ dak miksub permezz tal-applikazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a).
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 72(1) dwar il-progress fil-ksib tat-tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (b).
|
|
Artikolu 59 2.
|
B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, meta l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li għall-installazzjoni individwali l-valur limitu tal-emissjonijiet għal emissjonijiet maħruba m’humiex teknikament u ekonomikament possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li l-emissjonijiet jaqbżu l-valur limitu tal-emissjonijiet sakemm ir-riskji partikolari għas-saħħa umana u l-ambjent m’humiex mistennija u li l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li qed jintużaw l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
|
|
Artikolu 59 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, għall-attivitajiet ta’ kisi koperti mill-punt 8 tat-tabella fil-Parti 2 tal-Anness VII li ma jistgħux jitwettqu f’kondizzjonijiet ikkontrollati, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li l-emissjonijiet tal-installazzjoni ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu jekk l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li din il-konformità mhix teknikament jew ekonomikament vijabbli u li qed jintużaw l-aħjar metodi tekniċi disponibbli.
|
|
Artikolu 59 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 72(2).
|
|
Artikolu 59 5.
|
L-emissjonijiet ta’ jew komposti organiċi volatili li huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew komposti organiċi volatili aloġenati li huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom fuqhom id-dikjarazzjonijiet li juru periklu H341 jew H351, għandhom ikunu kkontrollati taħt kondizzjonijiet stretti safejn hu fattibbli teknikament u ekonomikament biex jiġu mħarsa s-saħħa pubblika u l-ambjent u m’għandhomx jaqbżu l-valuri dwar il-limitu tal-emissjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VII.
|
|
Artikolu 59 6.
|
Installazzjonijiet fejn qed issir attività waħda jew aktar, li kull waħda minnhom taqbeż il-limiti fil-Parti 2 tal-Anness VII għandhom:
(a)
fir-rigward tas-sustanzi speċifikati fil-paragrafu 5, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu għal kull attività individwalment;
(b)
fir-rigward tas-sustanzi kollha l-oħra, jew:
(i)
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 għal kull attività individwalment; jew
(ii)
ikollhom emissjonijiet totali ta’ komposti organiċi volatili li ma jaqbżux dawk li kieku rriżultaw kieku kien applikat il-punt (i).
|
|
Artikolu 59 7.
|
Il-prekawzjonijiet kollha xierqa għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ komposti volatili organiċi waqt operazzjonijiet ta’ bidu tat-tħaddim u ta’ tifi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|