+Artikolu 70c Permessi u reġistrazzjonijiet
---+Artikolu 70c 1.
---+Artikolu 70c 2.
---+Artikolu 70c 3.
---+Artikolu 70c 4.
---+Artikolu 70c 5.

Artikolu 70c Permessi u reġistrazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70c 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu ma titħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma tkun irreġistrata u li l-operat tal-installazzjonijiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jikkonforma mal-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i.

L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe proċedura preeżistenti simili għar-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet sabiex jevitaw li joħolqu piż amministrattiv.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura ta’ permessi għat-trobbija intensiva tat-tjur u l-majjali:

(a) 

b’aktar minn 40 000 post għat-tjur;

(b) 

b’aktar minn 2 000 post għall-majjali ta’ produzzjoni b’aktar minn 30 kg; jew

(c) 

b’aktar minn 750 post għall-majjali nisa.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti għal ċerti kategoriji ta’ installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu fir-regoli ġenerali vinkolanti msemmija fl-Artikolu 6.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċedura għar-reġistrazzjoni jew għall-għoti ta’ permess fir-rigward ta’ installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2.

Artikolu 70c 2.

Ir-reġistrazzjonijiet jew l-applikazzjonijiet għall-permessi għandhom jinkludu mill-anqas deskrizzjoni tal-elementi li ġejjin:

(a) 

l-installazzjoni u l-attivitajiet tagħha;

(b) 

it-tip ta’ annimal;

(c) 

id-densità tat-trobbija f’unità ta’ bhejjem għal kull ettaru kkalkulata f’konformità mal-Anness Ia, fejn meħtieġ;

(d) 

il-kapaċità tal-installazzjoni;

(e) 

is-sorsi tal-emissjonijiet mill-installazzjoni;

(f) 

in-natura u l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet prevedibbli mill-installazzjoni f’kull mezz.

Artikolu 70c 3.
L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 70c 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe bidla sostanzjali ppjanata għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, li jaf ikollha konsegwenzi għall-ambjent. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra mill-ġdid u taġġorna l-permess jew titlob lill-operatur biex japplika għal permess jew jagħmel reġistrazzjoni ġdida.
Artikolu 70c 5.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti tal-implimentazzjoni tar-regoli operattivi stabbiliti fl-Artikolu 70i u tissottometti, sa 11-il sena wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 70i(2), rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.