|
+Artikolu 70c 1. |
Artikolu 70c 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda installazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu ma titħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma tkun irreġistrata u li l-operat tal-installazzjonijiet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jikkonforma mal-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i. L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe proċedura preeżistenti simili għar-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet sabiex jevitaw li joħolqu piż amministrattiv. L-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura ta’ permessi għat-trobbija intensiva tat-tjur u l-majjali:
(a)
b’aktar minn 40 000 post għat-tjur;
(b)
b’aktar minn 2 000 post għall-majjali ta’ produzzjoni b’aktar minn 30 kg; jew
(c)
b’aktar minn 750 post għall-majjali nisa. L-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti għal ċerti kategoriji ta’ installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu fir-regoli ġenerali vinkolanti msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċedura għar-reġistrazzjoni jew għall-għoti ta’ permess fir-rigward ta’ installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|