|
+Artikolu 70g 1. |
Artikolu 70g 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jingħataw opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipaw fil-proċeduri li ġejjin:
(a)
it-tħejjija ta’ regoli vinkolanti ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 6 dwar permessi għal installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;
(b)
l-għoti ta’ permess għal installazzjoni ġdida li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;
(c)
l-għoti ta’ permess aġġornat f’konformità mal-Artikolu 70c(4) għal kwalunkwe bidla sostanzjali f’installazzjoni eżistenti li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu; jew
(d)
il-proċedura għar-reġistrazzjoni, f’każ li ma jiġux adottati regoli vinkolanti ġenerali, u l-Istati Membri jippermettu li l-installazzjoni tiġi rreġistrata biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|