+Artikolu 70i Kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi
---+Artikolu 70i 1.
---+Artikolu 70i 2.
---+Artikolu 70i 3.

Artikolu 70i Kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70i 1.

Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, is-setturi kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u l-Kummissjoni qabel ma tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi f’konformità mal-paragrafu 2. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’mod partikolari jindirizza dan li ġej:

(a) 

il-livelli ta’ emissjonijiet u ta’ prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet u l-metodi tekniċi, u miżuri oħra konsistenti mal-Anness III;

(b) 

il-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi f’dak ir-rigward;

(c) 

l-aħjar metodi tekniċi disponibbli identifikati wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b);

(d) 

il-metodi tekniċi emerġenti.

Artikolu 70i 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta sal-1 ta’ Settembru 2026 att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi għal kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia.

Il-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi għandhom ikunu konsistenti mal-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għall-attivitajiet elenkati fl-Anness Ia u għandhom iqisu n-natura, it-tip, id-daqs u d-densità ta’ stokkjar ta’ dawk l-installazzjonijiet, id-daqs tal-merħliet ta’ tipi ta’ annimali uniċi f’azjendi agrikoli mħallta, u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat ibbażati fuq il-mergħat, meta l-annimali jitrabbew staġjonalment biss f’installazzjonijiet fuq ġewwa. Għandhom jinkludu wkoll informazzjoni indikattiva dwar metodi tekniċi emerġenti, meta disponibbli.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75(2).

Artikolu 70i 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi l-iżviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni uniformi għar-regoli operattivi ġodda jew aġġornati, jew tkun infurmata dwarhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.