|
+Artikolu 70i 1. |
Artikolu 70i 1.Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, is-setturi kkonċernati, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u l-Kummissjoni qabel ma tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi f’konformità mal-paragrafu 2. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu b’mod partikolari jindirizza dan li ġej:
(a)
il-livelli ta’ emissjonijiet u ta’ prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet u l-metodi tekniċi, u miżuri oħra konsistenti mal-Anness III;
(b)
il-metodi tekniċi użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi f’dak ir-rigward;
(c)
l-aħjar metodi tekniċi disponibbli identifikati wara li jiġu kkunsidrati l-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b);
(d)
il-metodi tekniċi emerġenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|