+Artikolu 72 Rappurtaġġ mill-Istati Membri
---+Artikolu 72 1.
---+Article 72 2.
---+Artikolu 72 3.
---+Artikolu 72 4.
|
Artikolu 72 Rappurtaġġ mill-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disponibbli għall-Kummissjoni informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, dwar data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta’ tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli skont l-Artikoli 14 u 15 b’mod partikolari dwar il-ħruġ ta’ eżenzjonijiet skont l-Artikolu 15(4), u dwar il-progress li sar rigward l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti skont l-Artikolu 27. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’format elettroniku.
|
|
Article 72 2.
|
The type, format and frequency of information to be made available pursuant to paragraph 1 of this Article shall be established in accordance with the regulatory procedure referred to in Article 75(2). The implementing decision establishing the type, format and frequency of information to be made available pursuant to paragraph 1 of this Article shall be updated whenever necessary and not later than 5 August 2026.
|
|
Artikolu 72 3.
|
Għall-impjanti kollha ta’ kombustjoni koperti mill-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri, mill-1 ta’ Jannar 2016, għandhom jistabbilixxu inventarju annwali tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tat-trab u l-input ta’ enerġija.
B’kont meħud tar-regoli tal-aggregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29, l-awtorità kompetenti għandha tikseb għal kull impjant ta’ kombustjoni d-data li ġejja:
(a)
il-kapaċità termali kklassifikata (MW) totali tal-impjant ta’ kombustjoni;
(b)
it-tip ta’ impjant ta’ kombustjoni: bojler, turbina tal-gass, magna tal-gass, magna diżil, oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip);
(c)
id-data tal-bidu tat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni;
(d)
it-total ta’ emissjonijiet annwali (tunnellati fis-sena) tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u trab (bħala total ta’ partikoli sospiżi);
(e)
l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-impjant ta’ kombustjoni;
(f)
it-total tal-ammont annwali tad-dħul ta’ enerġija, b’riferiment għall-valur kalorifiku nett (TJ kull sena), imqassam f’termini tal-kategoriji li ġejjin: faħam, linjite, bijomassa, pit, karburanti solidi oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip), karburanti likwidi, gass naturali, gassijiet oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip).
Id-data (l-informazzjoni) ta’ kull sena għal kull impjant li tinsab f’dawn l-inventarji għandha ssir disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.
Is-sommarju tal-inventarji għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni kull tliet snin fi żmien 12-il xahar minn tmiem il-perijodu ta’ tliet snin ikkunsidrat. Dan is-sommarju għandu juri b’mod separat id-data għall-impjanti ta’ kombustjoni fir-raffineriji.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri u lill-pubbliku sommarju tal-paragun u l-evalwazzjoni ta’ dawk l-inventarji f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE fi żmien 24 xahar mit-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin ikkunsidrat.
|
|
Artikolu 72 4.
|
Mill-1 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena d-data li ġejja lill-Kummissjoni:
(a)
għall-impjanti ta’ kombustjoni li għalihom japplika l-Artikolu 31, il-kontenut tal-kubrit tal-karburant solidu indiġenu użat u r-rata tat-tneħħija tal-kubrit miksuba, b’medja għal kull xahar; Għall-ewwel sena meta l-Artikolu 31 jiġi applikat, il-ġustifikazzjoni teknika tan-nuqqas ta’ fattibilità tal-konformità mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(2) u (3) għandhom ukoll jiġu rrappurtati; u
(b)
għall-impjanti ta’ kombustjoni li ma joperawx aktar minn 1 500 siegħa ta’ tħaddim kull sena bħala medja attwali matul perijodu ta’ ħames snin, l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim kull sena.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|