+Artikolu 72 3.

Artikolu 72 3.

Għall-impjanti kollha ta’ kombustjoni koperti mill-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri, mill-1 ta’ Jannar 2016, għandhom jistabbilixxu inventarju annwali tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tat-trab u l-input ta’ enerġija.

B’kont meħud tar-regoli tal-aggregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29, l-awtorità kompetenti għandha tikseb għal kull impjant ta’ kombustjoni d-data li ġejja:

(a) 

il-kapaċità termali kklassifikata (MW) totali tal-impjant ta’ kombustjoni;

(b) 

it-tip ta’ impjant ta’ kombustjoni: bojler, turbina tal-gass, magna tal-gass, magna diżil, oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip);

(c) 

id-data tal-bidu tat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni;

(d) 

it-total ta’ emissjonijiet annwali (tunnellati fis-sena) tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u trab (bħala total ta’ partikoli sospiżi);

(e) 

l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-impjant ta’ kombustjoni;

(f) 

it-total tal-ammont annwali tad-dħul ta’ enerġija, b’riferiment għall-valur kalorifiku nett (TJ kull sena), imqassam f’termini tal-kategoriji li ġejjin: faħam, linjite, bijomassa, pit, karburanti solidi oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip), karburanti likwidi, gass naturali, gassijiet oħrajn (billi wieħed jispeċifika t-tip).

Id-data (l-informazzjoni) ta’ kull sena għal kull impjant li tinsab f’dawn l-inventarji għandha ssir disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.

Is-sommarju tal-inventarji għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni kull tliet snin fi żmien 12-il xahar minn tmiem il-perijodu ta’ tliet snin ikkunsidrat. Dan is-sommarju għandu juri b’mod separat id-data għall-impjanti ta’ kombustjoni fir-raffineriji.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri u lill-pubbliku sommarju tal-paragun u l-evalwazzjoni ta’ dawk l-inventarji f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE fi żmien 24 xahar mit-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin ikkunsidrat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.