|
+Artikolu 10 Sorveljanza tas-swieq u l-kontroll tal-użu tal-Ekotikketta tal-UE ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. ---+Article 10 5. ---+Article 10 6. |
Artikolu 10 Sorveljanza tas-swieq u l-kontroll tal-użu tal-Ekotikketta tal-UEArtikolu 10 Sorveljanza tas-swieq u l-kontroll tal-użu tal-Ekotikketta tal-UE 1. Kwalunkwe reklam jew użu ta’ kwalunkwe tikketta jew logo falz jew qarrieqi li jwassal għal konfużjoni mal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun ipprojbit. 2. Il-korp kompetenti għandu, għal prodotti li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE jagħmel verifiki li l-prodott jikkonforma mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni ppubblikati taħt l-Artikolu 8, fuq bażi regolari. Il-korp kompetenti għandu wkoll jagħmel dawn il-verifiki meta jsir ilment, kif xieraq. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontrolli mhux sistematiċi fil-post. Il-korp kompetenti li jkun ta l-Ekotikketta tal-UE lill-prodott għandu jinforma lill-utent tal-Ekotikketta tal-UE bi kwalunkwe lment li jkun sar dwar il-prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE, u jista’ jitlob lill-utent biex jirrispondi għal dawk l-ilmenti. Il-korp kompetenti jista’ ma jiżvelax l-identità tal-persuna li tagħmel l-ilment lill-utent. 3. L-utent tal-Ekotikketta tal-UE għandu jippermetti lill-korp kompetenti li jkun ta l-Ekotikketta tal-UE lill-prodott li jwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jimmonitorja l-konformità kontinwa tiegħu mal-kriterji tal-grupp ta’ prodotti u mal-Artikolu 9. 4. Fuq talba tal-korp kompetenti li jkun ta l-Ekotikketta tal-UE lill-prodott, l-utent tal-Ekotikketta tal-UE għandu jagħti aċċess għas-siti fejn issir il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. It-talba tista’ ssir fi kwalunkwe waqt raġonevoli, u mingħajr avviż bil-quddiem. 5. Fejn, wara li jkun ta lill-utent tal-Ekotikketta tal-UE l-opportunità li jressaq l-osservazzjonijiet, kwalunkwe korp kompetenti li jsib li prodott li jkollu fuqu l-Ekotikketta tal-UE ma jkunx konformi mal-kriterji rilevanti tal-grupp ta’ prodotti jew li l-Ekotikketta tal-UE ma tkunx qed tintuża skont l-Artikolu 9, huwa għandu jew jipprojbixxi l-użu tal-Ekotikketta tal-UE fuq dak il-prodott jew, fejn l-Ekotikketta tal-UE tkun ingħatat minn korp kompetenti ieħor, għandu jinforma lil dak il-korp kompetenti. L-utent tal-Ekotikketta tal-UE ma għandux ikollu dritt għar-rifużjoni tal-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 9(4), la totali u lanqas parzjali. Il-korp kompetenti għandu mingħajr dewmien jgħarraf lill-korpi kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni b’dik il-projbizzjoni. 6. Il-korp kompetenti li jkun ta l-Ekotikketta tal-UE lill-prodott ma għandux jiżvela, jew juża għall-ebda fini mhux konnessa mal-għoti għall-użu tal-Ekotikketta tal-UE, informazzjoni li jkun kiseb aċċess għaliha waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ utent tal-Ekotikketta tal-UE mar-regoli dwar l-użu tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 9. Huwa għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiżgura li d-dokumenti pprovduti lilu jitħarsu kontra l-falsifikazzjoni u l-miżapproprjazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|