+Artikolu 8 Parteċipazzjoni tal-EASA u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 Parteċipazzjoni tal-EASA u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom, filwaqt li jkun żgurat li jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta’ interess, jistiednu lill-EASA u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jaħtru rappreżentant biex jipparteċipa:
(a)
bħala konsulent għall-investigatur responsabbli, fi kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 5(1) u (2), li ssir fit-territorju ta’ Stat Membru jew fil-post li jirriferi għalih l-Artikolu 5(2), taħt il-kontroll u fid-diskrezzjoni tal-investigatur responsabbli;
(b)
bħala konsulent maħtur skont dan ir-Regolament biex jassisti lir-rappreżentant(i) akkreditat(i) tal-Istati Membri fi kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza li ssir f’pajjiż terz li għaliha tkun mistiedna awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza biex taħtar rappreżentant akkreditat f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-prassi rakkomandati għall-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti tal-inġenji tal-ajru taħt is-superviżjoni tar-rappreżentant akkreditat.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-parteċipanti msemmijin fil-paragrafu 1għandhom id-dritt, b’mod partikolari li:
(a)
iżuru l-post tal-aċċident u jeżaminaw il-fdalijiet;
(b)
jissuġġerixxu oqsma għall-mistoqsijiet u jiksbu l-informazzjoni mix-xhieda;
(c)
jirċievu kopji tad-dokumenti petinenti kollha u jakkwistaw l-informazzjoni fattwali rilevanti;
(d)
jipparteċipaw fil-qari tal-media rreġistrata, bl-eċċezzjoni tal-vuċi tal-kabina tal-pilota jew ir-reġistrazzjonijiet tal-immaġini;
(e)
jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni lil hinn mill-post, bħal eżami ta’ komponenti, testijiet u simulazzjonijiet, stqarrijiet tekniċi u laqgħat dwar il-progress tal-investigazzjoni, ħlief meta dawn ikunu marbuta mad-determinazzjoni tal-kawżi jew mal-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-EASA u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali għandhom jappoġġaw l-investigazzjoni li fiha huma jipparteċipaw billi jipprovdu l-informazzjoni mitluba, il-konsulenti u t-tagħmir mitlubin lill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|