+Artikolu 12 Koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.

Artikolu 12 Koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Meta tiġi istitwita wkoll investigazzjoni ġudizzjarja, l-investigatur responsabbli għandu jiġi nnotifikat dwarha. F’każ bħal dan, l-investigatur responsabbli għandu jiżgura t-traċċabbiltà u jżomm rendikont tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira u ta’ kwalunkwe evidenza fiżika. L-awtorità ġudizzjarja tista’ taħtar uffiċjali minn dik l-awtorità biex jakkumpanja r-reġistrazzjonijiet tat-titjira jew l-evidenza fiżika lejn il-post tal-qari jew trattament. Fejn l-eżami jew l-analiżi ta’ tali evidenza fiżika jistgħu jimmodifikawha, jibdluha jew jeqirduha jkun meħtieġ qbil minn qabel mill-awtoritajiet ġudizzjarji, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. Fejn tali qbil ma jinkisibx skont l-arranġamenti pre-stabbiliti imsemmijin fil-paragrafu 3 fi żmien raġonevoli u mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn meta seħħ l-aċċident jew l-inċident, dan m’għandux iżomm lill-investigatur responsabbli milli jmexxi l-eżami jew l-analiżi. Meta awtorità ġudizjarja jkollha l-jedd li tikkonfiska xi evidenza, l-investigatur inkarigat għandu jkollu aċċess immedjat u illimitat għaliha u biex jużaha.
Artikolu 12 2.
Fejn, waqt l-investigazzjoni tas-sikurezza, ikun magħruf jew issuspettat li kienet involuta interferenza illegali kif previst fil-liġi nazzjonali, bħal liġi nazzjonali dwar l-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti, fl-aċċident jew inċident serju, l-investigatur responsabbli għandu minnufih jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan. Suġġett għall-Artikolu 14, l-informazzjoni rilevanti miġbura fl-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi kondiviża minnufih ma’ dawk l-awtoritajiet u l-materjal rilevanti jista’ wkoll jiġi trasferit, meta mitlub, lil dawn l-awtoritajiet. Il-kondiviżjoni ta’ dak it-tagħrif u ta’ dak il-materjal għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li tkompli l-investigazzjoni tas-sikurezza f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet li lilhom seta’ ġie ttrasferit il-kontroll tas-sit.
Artikolu 12 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza, min-naħa l-waħda, u l-awtoritajiet l-oħrajn li x’aktarx ikunu involuti fl-attivitajiet relatati mal-investigazzjoni tas-sikurezza, bħall-awtoritajiet ġudizzjarji, dawk tal-avjazzjoni ċivili, u dawk tat-tiftix u salvataġġ, min-naħa l-oħra, jikkoperaw ma’ xulxin permezz ta’ arranġamenti pre-stabbiliti.

Dawk l-arranġamenti għandhom jirrispettaw l-indipendenza tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u jippermettu li l-investigazzjoni teknika ssir b’mod diliġenti u effiċjenti. L-arranġamenti pre-stabbiliti għandhom ikopru, fost affarijiet oħra, is-suġġetti li ġejjin:

(a) 

l-aċċess għas-sit tal-aċċident;

(b) 

il-preżervazzjoni tal-evidenza u l-aċċess għaliha;

(c) 

ir-rapporti inizjali u kontinwi tal-istatus ta’ kull proċess;

(d) 

l-iskambju ta’ informazzjoni;

(e) 

użu xieraq ta’ informazzjoni dwar sikurezza;

(f) 

ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk l-arranġamenti lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddihom lill-president tan-Netwerk, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.