|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza, min-naħa l-waħda, u l-awtoritajiet l-oħrajn li x’aktarx ikunu involuti fl-attivitajiet relatati mal-investigazzjoni tas-sikurezza, bħall-awtoritajiet ġudizzjarji, dawk tal-avjazzjoni ċivili, u dawk tat-tiftix u salvataġġ, min-naħa l-oħra, jikkoperaw ma’ xulxin permezz ta’ arranġamenti pre-stabbiliti. Dawk l-arranġamenti għandhom jirrispettaw l-indipendenza tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u jippermettu li l-investigazzjoni teknika ssir b’mod diliġenti u effiċjenti. L-arranġamenti pre-stabbiliti għandhom ikopru, fost affarijiet oħra, is-suġġetti li ġejjin:
(a)
l-aċċess għas-sit tal-aċċident;
(b)
il-preżervazzjoni tal-evidenza u l-aċċess għaliha;
(c)
ir-rapporti inizjali u kontinwi tal-istatus ta’ kull proċess;
(d)
l-iskambju ta’ informazzjoni;
(e)
użu xieraq ta’ informazzjoni dwar sikurezza;
(f)
ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk l-arranġamenti lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddihom lill-president tan-Netwerk, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|