+Artikolu 18 Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
|
Artikolu 18 Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-indirizzat ta’ rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza għandu jirrikonoxxi li r-riċezzjoni tal-ittra ta’ trasmissjoni u jinforma lill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li ħarġet ir-rakkomandazzjoni fi żmien 90 jum minn meta jirċievi dik l-ittra, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma taħt kunsiderazzjoni, u fejn xieraq, taż-żmien meħtieġ biex dawn jitlestew u fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni, ir-raġunijiet għal dan.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Fi żmien 60 jum minn meta tirċievi t-tweġiba, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tinforma lill-indirizzat jekk hija tikkunsidrax it-tweġiba adegwata u tagħti ġustifikazzjoni meta hija ma taqbilx mad-deċiżjoni li ma tittieħed ebda azzjoni.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Kull awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha timplimenta proċeduri biex tirreġistra t-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li hija toħroġ.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Kull entità li tirċievi rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza, inklużi l-awtoritajiet responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell tal-Istat Membru u l-Unjoni, għandha timplimenta l-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-progress tal-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet riċevuti.
|
|
Artikolu 18 5.
|
L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali stabbilit taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif f’repożitorju ċentrali ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE (
2
) ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 17(1) u (2) kif ukoll it-tweġibiet għalihom. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom b’mod simili jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kollha li jirċievu minn pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|