L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali stabbilit taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif f’repożitorju ċentrali ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE (
2
) ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 17(1) u (2) kif ukoll it-tweġibiet għalihom. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandhom b’mod simili jirreġistraw fir-repożitorju ċentrali r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kollha li jirċievu minn pajjiżi terzi.