|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II Sustanzi restritti msemmija fl-Artikolu 4(1) u valuri massimi ta' konċentrazzjoni ttollerati skont il-piż f'sustanzi omoġenji Ċomb (0,1 %)
Merkurju (0,1 %)
Kadmju (0,01 %)
Kromju eżavalenti (0,1 %)
Bifenili polibrominati (PBB) (0,1 %)
Eteri tad-difenil polibrominat (PBDE) (0,1 %)
Ftalat ta' bis(2-etileżil) (DEHP) (0,1 %)
Butilbenżilftalat (BBP) (0,1 %)
Dibutilftalat (DBP) (0,1 %)
Diisobutilftalat (DIBP) (0,1 %)
Mit-22 ta' Lulju 2021 għandha tapplika r-restrizzjoni tad-DEHP, il-BBP, id-DBP u d-DIBP għall-apparat mediku, inkluż l-apparat mediku in vitro, u l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll, inklużi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali. Ir-restrizzjoni tad-DEHP, il-BBP, id-DBP u d-DIBP m'għandhiex tapplika għall-kejbils jew il-parts tal-bdil għat-tiswija, ir-riutilizzazzjoni, l-aġġornament tal-funzjonalitajiet jew it-titjib tal-prestazzjoni tat-tagħmir elettriku u elettroniku, li jitqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2019, u tal-apparat mediku inkluż l-apparat mediku in vitro, u l-istrumenti ta' kontroll u monitoraġġ, inklużi l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, li jitqiegħdu fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2021. Ir-restrizzjoni tad-DEHP, il-BBP u d-DBP m'għandhiex tapplika għall-ġugarelli li huma diġà suġġetti għar-restrizzjoni tad-DEHP, il-BBP u d-DBP permezz tal-annotazzjoni 51 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|